IXTRI

  • img-book

    Trevor Żahra

Il-Ħrejjef Kollha ta’ Wied Peprina

ta' : Trevor Żahra

8.00

Kopji:
ISBN: 9789990913873
Qoxra: paperback
Età: 6-10, 9-14
Illustratur: Trevor Żahra
Pubblikazzjoni : 2011
Paġni : 192
Edizzjoni kommemorattiva fl-anniversarju tat-30 sena ta' Wied Peprina Snin ilu, Trevor Żahra kien sejjer passiġġata qalb il-kampanja meta f'daqqa waħda sab ruħu f'Wied Peprina. Lemaħ lil Qrempuċu u lil ibnu Qrempuċellu jitħabtu biex ineħħu x-xewk li kiber quddiem biebhom. Ra lil Qanfudinu jipprova jġorr qanpiena li sab qalb il-ħaxix. Iltaqa' mat-tliet Żrinġijiet li kienu fi triqithom lejn l-għadira. Qagħad josserva lill-Fenek l-Aħmar waqt li dan kien qed jirrakkonta storja lil ibnu Żarmuġiġa. U dawn tant kienu medhijin fuq xogħolhom, li ħadd minnhom ma ra lill-awtur iħarbex u jpinġi. U għalkemm minn fuq dawn il-ġrajjiet issa għaddew tletin sena, Qrempuċu u Qrempuċellu għadhom jitħabtu max-xewk u Qanfudinu għadu jissara mal-qanpiena. F'Wied Peprina qatt ma jinbidel xejn u l-avventuri jibqgħu għaddejja. U l-awtur għadu mitluf josserva.

ISBN: 9789990913873
Illustratur: Trevor Żahra
Pubblikazzjoni: 2011
Paġni: 192

  • Reċensjonijiet(0)
  • Trevor Żahra fettillu jitwieled fis-16 ta’ Diċembru 1947.  Ma nafux jekk hux veru li kiteb l-ewwel rumanz tiegħu meta kellu xahrejn!  Hu x’inhu, aktar faċli tipprova ssib x’ma kitibx, milli x’kiteb: stejjer għat-tfal, workbooks, poeżiji, rumanzi, novelli, drammi, monologi. U x’ma pinġiex?  Biżżejjed insemmu Stampakelma li għalih pinġa ’l fuq minn elf stampa.  S’issa diġà għandu kotba ppubblikati Franza, ir-Russja u n-Norveġja. trevorzahra.com

    View Profile
    View Pdf