Max imur għand tal-ħelu spiss. Imma darba rah b’geddum sal-art u Max iddispjaċieh. “Naf x’nagħmlu,” qallu, “immorru dawra.”
U dak il-ħin, il-ħanut inqala’ minn postu, rama żewġ pari saqajn u telqu. Rajthom? Max liebes ta’ pirata qed jidderieġi ’l-ħanut mimli ħelu. Tgħid x’se jsibu fit-triq dawn it-tnejn?
Għax din mhix dawra tas-soltu u, fuq kollox, forsi mhux kulħadd iħobb il-ħelu. Int tħobbu l-ħelu? Jekk iva, dan il-ktieb għalik.
Clare Azzopardi
Clare Azzopardi tgħix ġo dar antika 400 sena. Tqatta’ ħafna ħin taqra u tikteb l-istejjer kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar, sakemm ma tkunx qed tgħallem. Hija l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College. Rebħet ħafna premjijiet bil-kotba tagħha u ħafna mix-xogħol tagħha ġie maqlub f’lingwi oħra. clareazzopardi.comAra aktar