IXTRI
Kategoriji
X

-
Trevor Żahra
Il-Ħajja Sigrieta tan-Nanna Ġenoveffa | eBook
ta' : Trevor Żahra€6.00
ISBN:
9789990915396
Kategorija:
eBooks (Kotba elettroniċi), Proża, Rumanzi
Qoxra:
eBook
Età:
adults
Pubblikazzjoni : 2008
Paġni : 174
About This Book
verżjoni eBook
Innota li m’intix qed tixtri ktieb stampat. Qed tixtri ktieb elettroniku (ebook) li tista’ taqra fl-app tagħna għall-mowbajl u t-tablet (iOS jew Android). L-istruzzjonijiet biex tniżżel l-app issibhom fl-email ta’ konferma li tirċievi wara li tagħmel l-ordni. Jekk jogħġbok uża l-istess email kemm biex tixtri l-ebook kemm biex tirreġistra għall-app. Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Ir-rumanz “imqareb” ta’ Żahra, li kiser ir-rekords ta’ bejgħ u ristampi, u li hu maqlub għal diversi lingwi u ppubblikat f’pajjiżi diversi Mill-manuskritt li sab Renzo Manduca, in-neputi ta’ Ġenoveffa, jidher ċar li din in-nanna xejn ma kienet mara mansweta u ta’ subagħha f’ħalqha ... kif hawn min jimmaġina li kienu n-nisa ta’ dak iż-żmien. Il-kitba li ħalliet tixhed karattru mqareb, mimli passjoni u enerġija, għatx għall-ħajja u kreattività stramba f’dak kollu li kienet twettaq. Lanqas missierha, negozjant magħruf tad-drappijiet, ma kellu l-ħila jrażżanha; lanqas iz-zija Fawstina bil-qdusija kollha tagħha, jew iz-zija Ġemma bil-pariri prattiċi li kienet tagħtiha. Zanzu biss kien jaf iħollha u jdewwibha. Imma le ... mhux Zanzu biss! Il-kitbiet tan-nanna Ġenoveffa huma esklussivament għall-kbar ... xi drabi espliċiti u drabi oħra oskuri ... l-istess bħan-nanna! Hemm ukoll verżjoni bl-Ingliż tal-ktieb, addattata minn Rose Marie Caruana
Trevor Żahra fettillu jitwieled fis-16 ta’ Diċembru 1947. Ma nafux jekk hux veru li kiteb l-ewwel rumanz tiegħu meta kellu xahrejn! Hu x’inhu, aktar faċli tipprova ssib x’ma kitibx, milli x’kiteb: stejjer għat-tfal, workbooks, poeżiji, rumanzi, novelli, drammi, monologi. U x’ma pinġiex? Biżżejjed insemmu Stampakelma li għalih pinġa ’l fuq minn elf stampa. S’issa diġà għandu kotba ppubblikati Franza, ir-Russja u n-Norveġja. trevorzahra.com
Nirrakkomandaw