IXTRI

  • img-book

    Lawrence Gatt

Il-Ġurament tal-Ħatra

ta' : Lawrence Gatt

11.00

Kopji:
ISBN: 9789990914412
Kategorija: ,
Qoxra: paperback
Età: adults
Pubblikazzjoni : 2013
Paġni : 320
L-affarijiet sejrin tajjeb għal Ġovanni — miżżewweġ b'żewġt itfal, u issa l-karriera tiegħu ta' avukat wasslitu biex inħatar maġistrat. Hemm jibda l-gwaj. Is-sieħeb ta' bintu Francesca jinqabad bid-drogi u jittella' l-Qorti, u lill-Maġistrat issirlu pressjoni familjari intensa biex il-konnessjoni ma' bintu tinżamm mistura u sabiex il-kawża tinqata' favorevolment. Intant, Ġovanni jirċievi ittra mill-passat — ittra li l-kontenut tagħha tibdillu ħajtu, iktar u iktar meta jiltaqa' mat-tfajla l-ġdida ta' ibnu Matthew. Fost intriċċi bejn Malta, Ruma u l-Polonja, it-trufijiet kollha tal-kwistjonijiet li qed itaqqlu lill-Maġistrat isibu dimensjoni ġdida. X'se jkun il-futur tal-Maġistrat?

Lawrence Gatt huwa perit imma qatta’ 25 sena minn ħajtu jirrappreżenta lill-kostitwenti tiegħu fil-Parlament Malti. Għal uħud minn dawk is-snin kien ukoll Ministru fil-gvern. Kien il-moħħ wara l-ħolqien tal-Istitut tal-Agrikoltura ġewwa l-Università ta’ Malta kif ukoll l-introduzzjoni tal-akkwakultura f’Malta. Iħobb jikteb, u l-kotba ppubblikati tiegħu jinkludu Stejjer mill-Għorfa (1996), Fejn tħabbat il-qalb (1998), Il-Ġurament tal-Ħatra (2013) u Id-Dnub ma Jorqodx (2015). Għal 28 sena sħaħ kien il-President tas-Sirens Football Club, San Pawl il-Baħar.

View Profile
View Pdf