About This Book
Jacob Jones kien tifel fuq ruħu. Kien iħobb jagħmel ħafna ċajt goff. Darba minnhom, hekk kif fetaħ il-basket tal-iskola kienu pronti qabżu minn ġo fih żewġ pupi, wieħed aħmar u l-ieħor aħdar! Dawn bdew jaqbżu fuq il-mejda, jiġru wara xulxin u jagħmlu l-gabirjoli. Jacob bilkemm ried jemmen lil għajnejh. Dawk kienu l-pupi tat-traffic lights! Il-pupu aħmar li jgħidlek "Stenna" u l-aħdar li jgħidlek "Aqsam". Imma dawk kif kienu spiċċaw fil-basket tiegħu?
Dawn iż-żewġ "pupi" ġabulu magħhom bosta sorpriżi oħra, bħal meta qasam lanġasa u ra wiċċu minqux fiha ... jew meta fuq ġbinu tfaċċat l-ittra G ħamra tlellex u ma seta' jneħħiha b'xejn ... jew meta kibirlu mnieħer daqsiex u fih kellu ħruq in-nar ... jew meta xeħtulu barmil ilma li għaqad blokka silġ ma' rasu jew meta mal-lejl kibirlu denb kbir ta' qattus ... jew meta ...
Il-lista tkompli.
ISBN: 9789990913439
Illustratur: Frank Schembri
Pubblikazzjoni: 2009
Paġni: 106