It-tielet u l-aħħar volum fit-triloġija tal-Fiddien, li kisret kull rekord ta’ bejgħ
Wasal iż-żmien li jitwieġbu l-mistoqsijiet kollha, iż-żmien fejn tintemm l-innoċenza u jibda l-ġlied.
Jista’ jerġa’ jkun hemm il-paċi u l-kuntentizza fid-dar il-Ħamra, wara t-traġedja fil-ġnien?
Tommy jitlaq biex isib lil sħabu u miegħu għandu lil Estella. Flimkien imorru fuq l-akbar avventura ta’ ħajjithom, avventura li tħallina bla nifs, fejn dak kollu li sirna nafu s’issa jista’ jinbidel jew jintemm.
Jista’ l-Magħżul jeqred lill-Fiddien? Jistgħu l-Immarkati jerġgħu lura lejn djarhom? Hemm tama għal Jason u s-subien l-oħra?
Fost siġar u fjuri, wirdien u friefet, se ninġarru fl-akbar avventura li qatt rat Malta u naslu fil-qofol ta’ storja tant kbira li se żżommna mtertqin sal-aħħar!
Simon Bartolo
Simon Bartolo iħobb l-ikel, il-qtates, ix-xita, il-Milied, u l-mużika. Imma l-iktar li jħobb huma l-kliem. Jaffaxina ruħu jqiegħed il-kliem ħdejn xulxin biex jibni s-sentenzi u mbagħad ipoġġi s-sentenzi wara xulxin biex jifforma ktieb jew dramm. Wara li ġab il-Masters ħadem bħala għalliem għal 10 snin u mbagħad telaq minn Malta biex jaħdem bħala traduttur. Kiteb u ddirieġa ħafna bċejjeċ teatrali mal-grupp tiegħu stess Aleateia u issa jqatta’ ħinu jikteb il-kotba kif ukoll għall-palk. Simon issa jgħix Wied il-Għajn.
Loranne Vella tgħix Brussell, dejjem għaddejja minn ħaġa għal għaxra oħra. Hija tittraduċi ġewwa uffiċċju, taqra fis-sodda, tikteb fil-cafés u xi drabi tirreċta fit-triq. Kull tant żmien, tħawwad ftit fejn tagħmel xiex. M’għadhiex tagħti kas it-temp dejjem griż imma malli toħroġ ix-xemx tfaqqa’ daħqa daqsiex. Tippreferi tikteb bil-Malti, taqra bl-Ingliż, tittraduċi mill-Franċiż u toħlom bil-Ġappuniż. Fl-aħħar tal-jum, xorta tipprova tagħmel dawk it-tmien sigħat rieqda.Ara aktar
“Il-Ġnien tad-Dmugħ” shatters records(Independent)The third and final volume in the Fiddien trilogy by Simon Bartolo and Loranne Vella, Il-Ġnien tad-Dmugħ, was launched on 11 December at Caraffa Stores, Birgu Waterfront. It is the highly-awaited conclusion to the most successful Maltese children’s book ever. Hundreds of kids and adults packed the Caraffa vaults for two separate launches: One for kids, with actors in full costume and make-up, quizzes, games, dances, face-painting, and exclusive readings from the book; and a night launch for adults, where the vaults were turned into a nightclub with music by DJ Bob.The first two volumes, Sqaq l-Infern and Wied Wirdien, were the fastest-ever sellers of a Maltese children’s book, and went on to be translated into French and German. The new book, Il-Ġnien tad-Dmugħ, broke its own records by selling an unprecedented 1,500 copies within the first few hours of launching.It is difficult to overstate the impact that these books had on Maltese children’s literature. Thousands of fans blog and post online comments about the books, giving their predictions on the ending of the trilogy, begging for sneak peeks and discussing the merits of the various characters. The trilogy’s website, www.il-fiddien.com, has been given a totally new look, with new content to match, for the launch of the third installment.The blend of reality and fantasy proved a winning formula for Bartolo and Vella, and their books have appealed not only to their target audience of children and teenagers, but also to large numbers of adults and especially of hitherto-English-reading people. The illustrations for the whole trilogy, including the Manga section at the beginning of the third book, are the work of artist Lisa Falzon.