IXTRI

  • img-book

    Trevor Żahra

Il-Ġenn li Jżommni f’Sikkti

ta' : Trevor Żahra

14.00

Kopji:
ISBN: 9789990914047
Kategorija:
Qoxra: paperback
Età: adults
Pubblikazzjoni : 2008
Paġni : 448
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb L-awtobijografija ta' Trevor Żahra Jgħidu li kienet xitwa qalila dik tas-'47. Kien għamel ħafna maltemp u saħansitra niżlet il-borra, u waqt li l-majjistra kienet qed taħsilni faqqgħet sajjetta u mar id-dawl ta' kullimkien. Kulmeta z-zija Nena kienet issemmi dan l-episodju kienet tikxef l-abjad t'għajnejha kollu qisha se tirrakkonta t-tmiem ta' traġedja Griega. Qatt ma stajt nifhem għalfejn kienu għamlu dak l-għaġeb kollu. Forsi ħasbu li s-sajjetta kienet laqtet il-banju u li meta jiġi d-dawl kienu se jsibu li għandhom f'idejhom tarbija mbaskta donnha statwa ta' Pompej; jew forsi immaġinaw li kont se negħrqilhom ġo sitt pulzieri ilma; jew inkella meta semgħuni nħanġar (għax ma naħsibx li bqajt lura) ħasbuni qed nibża' mid-dlam. Insew li kont qattajt disa' xhur sħaħ fid-dlam mingħajr l-iċken tgergira.

Trevor Żahra fettillu jitwieled fis-16 ta’ Diċembru 1947.  Ma nafux jekk hux veru li kiteb l-ewwel rumanz tiegħu meta kellu xahrejn!  Hu x’inhu, aktar faċli tipprova ssib x’ma kitibx, milli x’kiteb: stejjer għat-tfal, workbooks, poeżiji, rumanzi, novelli, drammi, monologi. U x’ma pinġiex?  Biżżejjed insemmu Stampakelma li għalih pinġa ’l fuq minn elf stampa.  S’issa diġà għandu kotba ppubblikati Franza, ir-Russja u n-Norveġja. trevorzahra.com

View Profile
View Pdf