Shop

  • img-book

    Trevor Żahra

Il-Ġenn li Jżommni f’Sikkti

by : Trevor Żahra

14.00

Quantity:
ISBN: 9789990914047
Category:
Cover: paperback
Age: adults
Publication Date : 2008
Page Count : 448
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb L-awtobijografija ta’ Trevor Żahra Jgħidu li kienet xitwa qalila dik tas-'47. Kien għamel ħafna maltemp u saħansitra niżlet il-borra, u waqt li l-majjistra kienet qed taħsilni faqqgħet sajjetta u mar id-dawl ta' kullimkien. Kulmeta z-zija Nena kienet issemmi dan l-episodju kienet tikxef l-abjad t'għajnejha kollu qisha se tirrakkonta t-tmiem ta' traġedja Griega. Qatt ma stajt nifhem għalfejn kienu għamlu dak l-għaġeb kollu. Forsi ħasbu li s-sajjetta kienet laqtet il-banju u li meta jiġi d-dawl kienu se jsibu li għandhom f'idejhom tarbija mbaskta donnha statwa ta' Pompej; jew forsi immaġinaw li kont se negħrqilhom ġo sitt pulzieri ilma; jew inkella meta semgħuni nħanġar (għax ma naħsibx li bqajt lura) ħasbuni qed nibża' mid-dlam. Insew li kont qattajt disa' xhur sħaħ fid-dlam mingħajr l-iċken tgergira.
Trevor Żahra popped out on December 16 in 1947. There is a possibility that he wrote his first book at the age of two months, but we still have to verify that. In his lifetime he has written all sorts of things: children’s books, workbooks, poems, novels, short stories, plays and monologues. He has also illustrated all sorts of things. For his book Stampakelma, he had to draw more than a thousand picture. His books have been published in France, Russia and Norway. trevorzahra.com
View Profile
View Pdf