IXTRI

  • img-book

    David Aloisio

Il-Frustier

ta' : David Aloisio

11.00

Kopji:
ISBN: 9789990914375
Kategorija: ,
Qoxra: paperback
Età: 13-18
Pubblikazzjoni : 2013
Paġni : 96
Studju fuq Menz ta' Francis Ebejer Permezz ta' dan il-ktieb-manwal, il-qarrejja jistgħu jiflu u jixtarru aħjar lil Menz, id-dramm soċjosimboliku ta' Francis Ebejer. L-istudenti tal-Malti fil-Livell Intermedju u Avvanzat għandhom l-opportunità li jiskopru l-ġenju ta' Ebejer billi jittantaw jifhmu x’kellu f’moħħu fl-għażla tal-kliem li poġġa f’ħalq il-karattri li ħoloq, x’influwenzah fil-proċess tal-kitba, x’simboli uża u l-konnotazzjonijiet tagħhom u tant u tant fatturi li għall-ewwel ikunu donnhom mistura imma li joħorġu fid-dieher wara analiżi kritika profonda. "David Aloisio qed joffri analiżi attenta u dettaljata tal-motivi diversi u l-prinċipji teatrali li jikkaratterizzaw id-dramm Ebejerjan. Jirkaċċaw il-karattri u jirkaċċaw anki l-ideat taż-żmien li fih inkiteb id-dramm, żmien kumpless, fi kliem Ebejer innifsu, u żmien veloċi, fejn ideoloġija waħda taħbat mal-oħra kontinwament, u kull waħda trid tassumi preċedenza … F’dan l-istudju hawn il-ħmira biex ikun attwat dan kollu, u biex Menz ikun riskopert skont is-sinjali ta’ żmienna. Li donnhom ma tantx inbidlu minn żmien il-konċepiment tad-dramm." - Mario Azzopardi

David Aloisio huwa lecturer tal-lingwa u letteratura Maltija ġewwa l-Junior College tal-Università ta' Malta. Qiegħed jirriċerka għal PhD mal-istess università, dwar Dialectic of the Canon: the Maltese Literary Context. L-interessi ta’ riċerka tiegħu jiffukaw fuq ir-relazzjoni - spiss waħda kunflittwali - bejn xogħlijiet letterarji u l-kif jiġu kkategorizzati, konxjament jew inkonxjament, mill-psike kollettiva f’listi informali jew anki f’kanoni letterarji.

View Profile
View Pdf