Kif jitwieldu l-friefet? Kif jikbru? Għaliex hemm daqstant tipi u kuluri differenti? Dawn huma mistoqsijiet li spiss jagħmlulna t-tfal.
Kont taf li qabel isiru l-insetti bil-ġwienaħ kollha kuluri kif nafuhom, il-friefet ikunu dud? Taf x’inhi fosdqa? B’dan il-ktieb tista’ titgħallem dwar kif jikbru l-friefet u ssir taf l-iktar kurżitajiet strambi dwarhom.
Biex inkunu nafu nwieġbu dawn il-mistoqsijiet u ħafna oħrajn, m’hemm xejn aħjar milli nsalpaw fuq din l-avventura kollha lwien. Flimkien mat-tfal, skopru u esploraw il-misteri tad-dinja sabiħa tal-friefet.
Jekk trid titgħallem ukoll dwar id-dinja tas-siġar, titlifx il-ktieb l-ieħor f’din is-sensiela.