Shop

  • img-book

    Andrea Camilleri

Il-forma tal-ilma

by :Andrea Camilleri     Translator:

9.95

3-for-2 on your favourite books! Buy 2 books, get the 3rd one FREE!
Quantity:
ISBN: 9789990919608
Category: ,
Cover: paperback
Age: adults
Publication Date : 2021
Page Count : 192
L-ewwel każ tal-Ispettur Montalbano, issa bil-Malti! Il-ġisem nofsu mneżża’ tal-Inġinier Luparello, politiku prominenti fil-belt ta’ Vigàta, jinstab fil-karozza tiegħu f’medda art żdingata magħrufa bħala la mànnara, il-Mandra — fl-antik mergħa għall-mogħoż, illum bejta tad-drogi u l-prostituti. Kollox jindika li Luparello miet mewta naturali waqt attivitajiet sesswali ma’ persuna mhux magħrufa. Iżda lill-Ispettur Montalbano ħadd ma jbellagħlu r-ross bil-labra. Xi ħaġa mhix tikkonvinċih f’din l-affari, u — jgħidu x’jgħidu l-Kummissarju, il-Maġistrat u saħansitra l-Isqof — mhux lest jagħlaq il-każ qabel ma jsib il-verità. B’paċenzja u astuzja jidħol jgħaffeġ f’mandra ta’ dmija, qerq, korruzzjoni organizzata u logħob tal-poter, fl-isfond maġiku tal-pajsaġġ u l-karattru Sqalli. Mill-pinna inġenjuża ta’ Andrea Camilleri, Il-forma tal-ilma huwa l-ewwel rumanz fis-serje polizjeska ta’ Salvo Montalbano, Spettur tal-Pulizija f’Vigàta, belt żgħira fi Sqallija li, għalkemm ma ssibha fl-ebda mappa, taf tkun reali iżjed mill-ħajja nnifisha. Għax daqskemm hu rumanz fittizju, dan hu wkoll ir-rakkont ta’ Sqallija u ta’ kif jgħixu u jmutu niesha.   It-traduzzjoni għall-Malti ġiet iffinanzjata mill-Fond tal-Ktieb tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb 2020. Questo libro è stato pubblicato grazie a un contributo offerto dal Ministero degli Affari Esteri e della Cooperazione Internazionale italiano. / Dan il-ktieb ġie ppubblikat b’kontribut finanzjarju tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u għall-Koperazzjoni Internazzjonali Taljan.
View Pdf