IXTRI

  • img-book

    Leanne Ellul, Clare Azzopardi,

Il-fatat Kaħlani

ta' : Leanne Ellul, Clare Azzopardi

5.00

Kopji:
ISBN: 9789990919356
Qoxra: paperback
Età: 6-10
Illustratur: Romont Willy
Pubblikazzjoni : 2021
Paġni : 64
Finalist tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Karattru ġdid, mimli praspar! L-istejjer ta’ Kaħlani jlaqqgħukom ma’ fatat fuq tiegħu u sħabu l-fatati l-oħrajn. Kollha jgħixu fl-Istazzjon tal-Ferrovija ta’ Birkirkara. Kollha għandhom ħafna stejjer ikkuluriti u f’dan il-ktieb issibu tnejn minnhom. Jekk xi ħadd isaqsik rajtx xi wieħed minnhom:
  1. SPARIXXI
  2. TGĦID XEJN!
  Ktieb li juża l-font EasyReading, tipa b’leġġibbiltà faċli, ta’ għajnuna għal tfal bid-dislessja.

ISBN: 9789990919356
Illustratur: Romont Willy
Pubblikazzjoni: 2021
Paġni: 64

  • Reċensjonijiet(0)
  • leanne ellul tgħallem il-Malti lil żgħażagħ kemxejn kbar. fejn tista’ tikteb b’ittri żgħar għax l-ittri kbar idejquha. ma tikolx annimali u meta ma tikolx il-kelba bil-bews tqatta’ ħafna ħin taqra, tirriċerka jew tikteb. il-kittieba b’xagħarha aħmar (kif kien qalilha darba xi ħadd) tħobb ir-ritratti bojod u suwed. iswed kif tħobb il-kafè. tikteb it-textbooks tikka malti ma’ clare azzopardi, u rebħet il-premju francis ebejer 2013, rebħet il-konkors rumanzi għaż-żgħażagħ 2014, kienet parteċipanta fil-bjennale 2015 u ħadet il-premju speċjali tal-premju tal-ktieb għall-aħjar kittieba emerġenti. bħalissa qed taħdem fuq il-poeżiji tagħha kif ukoll it-tieni rumanz għaż-żgħażagħ. leanneellul.net
    View Profile
    Clare Azzopardi tgħix ġo dar antika 400 sena. Tqatta’ ħafna ħin taqra u tikteb l-istejjer kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar, sakemm ma tkunx qed tgħallem. Hija l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College. Rebħet ħafna premjijiet bil-kotba tagħha u ħafna mix-xogħol tagħha ġie maqlub f’lingwi oħra. clareazzopardi.com
    View Profile
    View Pdf