Availability: In Stock

Id-dar ta’ faċċata

SKU: 9789990918014

4.95

3-for-2 on your favourite books! Buy 2 books, get the 3rd one FREE!
Compare
ISBN: 9789990918014
Qoxra: paperback
Etajiet:
Data tal-pubblikazzjoni : 2019
Numru ta’ paġni : 48
Tags: , ,

Pawlu qam maħsud.

“X’qed jiġri hemm barra?”

Ħares mit-tieqa tal-kamra tas-sodda u nduna x’ġara. “Id-dar ta’ quddiemna!” għajjat Pawlu.

Xita ta’ ġebel mitfugħ b’saħħa għal ġol-kaxxa tat-trakk.

Id-dar ta’ faċċata qed taqa’.

X’għadda minn moħħ Pawlu, jara trakk wara l-ieħor iġorr il-memorji tad-dar tal-palma? Pawlu ma waqafx jistaqsi.

Dik hi r-realtà għal ħafna minna hawn Malta – bini, kostruzzjoni, twaqqigħ, trabijiet u storbju. U x’qed nordmu, flimkien mal-beraħ? Il-memorji ta’ tfulitna, Malta li kienet u s-sens tat-triq u tal-komunità. Storja maħsuba bħala stimolu għall-ħsieb kritiku mat-tfal mill-Prof. Carmel Borg.

Nirrakkomandaw