About This Book
Sensiela ta' leħħiet (flashcards) bil-Malti b'kulma jista' jiġi bżonn għalliem u ġenitur
Introduzzjoni ideali għal kunċetti bażiċi ta’ grammatika u formazzjoni ta’ sentenzi.
Is-sett jinkludi settijiet ta’ nomi, aġġettivi u verbi.
Maħsubin apposta biex jgħinu lit-tfal jgħaqqdu s-sentenzi.
Jinvolvu prattika fl-għarfien tal-maskil u tal-femminil.
Is-sett jinkludi wkoll nota b’ideat ta’ kif tista’ tuża l-leħħiet.
Din is-sensiela ġiet ikkreata fuq l-ogħla speċifikazzjonijiet tekniċi, u fiha ċ-ċertifikazzjoni ta' sigurtà f'idejn it-tfal CE.
Fl-istess sensiela: L-alfabett, Annimali insetti u għasafar, Ikel, Ħwejjeġ u ġugarelli u Aqtagħli kurżità
Proġett kofinanzjat mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol