Noti u taħriġ fuq Bejn Ħaltejn għall-eżami taċ-ĊES
Ħoloq jassisti lill-qarrejja fl-interpretazzjoni tagħhom tax-xogħlijiet letterarji miġbura mill-Bord tal-MATSEC f’Bejn Ħaltejn, l-antoloġija studjata għall-eżami taċ-ĊES fil-Malti, permezz ta’ osservazzjonijiet dettaljati, mistoqsijiet u attivitajiet oħrajn li jipprovokaw kritika letterarja attiva u matura.
“… ktieb-manwal li għandu jkun ta’ fejda liema bħalha għall-għalliema daqskemm għall-istudenti. L-għan tiegħu huwa li joffri għodod ta’ stħarriġ li huma siewja biex tingħaraf il-kitba letterarja kemm mill-aspett tematiku u kemm mill-aspett tekniku … David Aloisio qiegħed jgħin ħafna biex it-tagħlim tal-letteratura fil-klassi tal-iskola jilħaq l-għan ewlieni tiegħu: li jiżviluppa l-ħila tal-istudenti fil-proċess tal-ħsieb loġiku u mibni tajjeb.” – Oliver Friggieri