Availability: In Stock

Ħija jiġri wara d-dinosawri

Giacomo Mazzariol Translator : Ludvic Azzopardi Ferrando
SKU: 9789990918939

14.95

Compare
ISBN: 9789990918939
Qoxra: paperback
Etajiet:
Data tal-pubblikazzjoni : 2020
Numru ta’ paġni : 240
Tags: , , , ,

Finalist tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb

Għandek ħames snin, żewġt aħwa bniet u tixtieq ħafna li jkollok ħuk iżgħar li miegħu tista’ tilgħab il-logħob tas-subien. Jum minnhom, il-ġenituri jħabbrulek li fl-aħħar se jkollok … u li se jkun speċjali. Tħossok se ttir bil-ferħ, għax għalik speċjali tfisser supereroj. Anki l-isem tagħżillu: Giovanni. Imbagħad jitwieled, u ftit ftit tintebaħ li ħuk differenti minn ħaddieħor. Titgħallem il-kelma Down, u l-entużjażmu tiegħek jinbidel tant li ma tkunx trid taf bih u saħansitra jġiegħlek tistħi. Ikollha tgħaddi l-adolexxenza biex tinduna li l-mod kif immaġinajt lil ħuk fil-bidu nett ma kienx għalkollox żbaljat. U titħalla tinġarr mill-enerġija ta’ Giovanni u tasal għall-konklużjoni li forsi iva, ħuk tassew huwa supereroj. Hu x’inhu, tirrealizza li hu l-akbar ħabib tiegħek.

Storja vera, li tissorprendik, tqabbdek għafsa ta’ qalb, iddaħħqek u ġġiegħlek tirrifletti.

Nirrakkomandaw