“… jiena tal-fehma li Żahra rnexxielu jgħaqqad iż-żewġ ġrajjiet permezz ta’ paralelliżmu stupend.” – Il-Ħajja – 1.9.75
“… min-naħa l-oħra hu l-aħjar xogħol letterarju ta’ Żahra għaliex jittraxxendi l-kwalitajiet tar-rakkont, jissuġġerixxi sforzi biex jitbiddel il-lingwaġġ, u fih idea li ssostnih f’dawn il-limiti mill-bidu sa l-aħħar.” – In-Nazzjon Tagħna – 21.10.75
Trevor Żahra
Trevor Żahra fettillu jitwieled fis-16 ta’ Diċembru 1947. Ma nafux jekk hux veru li kiteb l-ewwel rumanz tiegħu meta kellu xahrejn! Hu x’inhu, aktar faċli tipprova ssib x’ma kitibx, milli x’kiteb: stejjer għat-tfal, workbooks, poeżiji, rumanzi, novelli, drammi, monologi. U x’ma pinġiex? Biżżejjed insemmu Stampakelma li għalih pinġa ’l fuq minn elf stampa. S’issa diġà għandu kotba ppubblikati Franza, ir-Russja u n-Norveġja. trevorzahra.com
“… jiena tal-fehma li Żahra rnexxielu jgħaqqad iż-żewġ ġrajjiet permezz ta’ paralelliżmu stupend.” – Il-Ħajja – 1.9.75“… min-naħa l-oħra hu l-aħjar xogħol letterarju ta’ Żahra għaliex jittraxxendi l-kwalitajiet tar-rakkont, jissuġġerixxi sforzi biex jitbiddel il-lingwaġġ, u fih idea li ssostnih f’dawn il-limiti mill-bidu sa l-aħħar.” – In-Nazzjon Tagħna – 21.10.75