“Kemm nixtieq ngħannqek waħda kbira tal-aħħar, pops.
Kemm nixtieq infissdek.
Kemm nixtieq ngħidlek affarijiet … u minflok ikolli niskot.”
Il-mewt tiġi ħabta u sabta, u tisraq magħha lil dawk li nħobbu u ngħożżu. F’Ħallejtna bħall-Erbgħa fost il-ġimgħa, Sergio Grech jgħix mill-ġdid it-trawma ta’ mewt missieru — kif għexha, x’fissret għalih, il-vjali li għadda minnhom biex seta’ jaċċetta l-firda.
Dan hu rakkont, imsawwar bejn realtà u immaġinazzjoni, miktub b’emozzjoni kbira fejn jitħalltu flimkien l-uġigħ, il-firda u l-ħjut dgħajfa tas-serenità.
Sergio Grech
Sergio Grech iħobb jgħid li ħajtu ddur madwar il-kliem, u sa ċertu punt għandu raġun. Huwa l-aġent kap ta’ skola, kittieb, riċerkatur u editur tal-kotba. Il-Bambin biss jaf kemm-il kelma lissen tul il-karriera tiegħu l-iskola. Bħala kittieb, uża għexieren t’eluf ta’ kliem. Bħala riċerkatur, il-kliem qrahom biex imbagħad kiteb il-konklużjonijiet tiegħu b’iżjed kliem. U meta jikteb għall-media jew għal xi rivisti akkademiċi, ikollu quddiemu mhux biss termini ta’ żmien imma anki ta’ numru ta’ kliem. Apparti l-użu tal-kliem, huwa wkoll missier ta’ żewġt itfal. Minn hemm l-ewwel ktieb tiegħu mal-Merlin, U tisbaħ missier …Ara aktar
“riflessjoni personali dwar il-mewt u l-paternità, sforz kuraġġuż ta’ ħolqien letterarju mill-ġrajja personali …
hija eloġju sinċier għal figura tant importanti, li lkoll nagħmluha b’dan il-mod meta jolqotna fatt simili …
Grech jirnexxilu jolqot bil-preċiżjoni l-mumenti li lkoll ngħaddu minnhom fi ġrajjiet bħal dawn …
It-talb. L-istennija tal-miraklu. L-inkomprensjoni quddiem il-limiti tax-xjenza. Il-mitt opinjoni li tisma’, anki minn min ma jifhmix, jew inkella t-tiftix għall-kura mirakoluża.”
— Mark Vella, fl-Illum: Barra minn fuqna
“Grech’s … writing style is a huge leap …
There’s a lot of emotion and pain in these pages but they are rendered beautifully …
Apart from the plot, the book’s strength lies in the style and it is rare, at least for me, to read about death in a such a lyrical way. Sometimes personal feelings can affect a reader and Sergio Grech manages to pull it off perfectly.”
— reċensjoni f’ The Bobsphere
“Grech’s book is a brave exploration of specific themes. It tackles head-on the difficulties that arise between parents and their offspring. It is not afraid to voice anger, hurt and resentment. It explores the psychological traumas unwittingly implanted by adults during childhood. It also bears the horrific effects of terminal illness and death on family members.”
— reċensjoni fit-Times of Malta: Things left unsaid