IXTRI

  • img-book

    Trevor Żahra

Ħadd ma jista’ jsaltan jew jieħu tron li mhux tiegħu

ta' : Trevor Żahra

6.75

Kopji:
ISBN: 9789990914344
Kategorija: ,
Qoxra: paperback
Età: 6-10, 9-14
Illustratur: Trevor Żahra
Pubblikazzjoni : 2012
Paġni : 128
It-Tielet Ktieb mill-ġrajja illustri ta' Kartaksan Issa kienu għaddew tmien snin u Granċella kellha għoxrin sena. Kienet għadha timxi b'lura, kienet għadha taf tħaddem moħħha b'qawwa akbar minn dik tal-kompjuters kollha tan-NASA u kienet għadha trabbi l-friefet il-lejl. Kulħadd kien iħobbha (minbarra klikka ċkejkna "Ta' Taħt l-Art" … underground, li niltaqgħu magħha aktar tard), għax minkejja t-tgergir kollu tiegħu, il-poplu kien qed jgħix paxxut. Kulħadd kien għadu jiftakarha sewwa l-ħakma tar-Re Karlu VII, meta fil-pajjiż kien hemm diżordni sħiħa. Iżda minkejja dan kollu, Granċella ma kinitx kuntenta! Insomma … mhux eżattament hekk ridt ngħid … ma kinitx għalkollox b'moħħha mistrieħ. U kollu kien tort tal-ħolm. L-istorja bdiet fl-ewwel volum, Ħadd ma Jista' Jidħak jew Jiekol Pastizzi tal-Piżelli, u kompliet fit-tieni volum, Ħadd ma Jista' Jkanta jew Idoqq Strumenti tal-Banda.

ISBN: 9789990914344
Illustratur: Trevor Żahra
Pubblikazzjoni: 2012
Paġni: 128

  • Reċensjonijiet(0)
  • Trevor Żahra fettillu jitwieled fis-16 ta’ Diċembru 1947.  Ma nafux jekk hux veru li kiteb l-ewwel rumanz tiegħu meta kellu xahrejn!  Hu x’inhu, aktar faċli tipprova ssib x’ma kitibx, milli x’kiteb: stejjer għat-tfal, workbooks, poeżiji, rumanzi, novelli, drammi, monologi. U x’ma pinġiex?  Biżżejjed insemmu Stampakelma li għalih pinġa ’l fuq minn elf stampa.  S’issa diġà għandu kotba ppubblikati Franza, ir-Russja u n-Norveġja. trevorzahra.com

    View Profile
    View Pdf