IXTRI

  • img-book

    Trevor Żahra

Ħadd ma jista’ jkanta jew idoqq strumenti tal-banda

ta' : Trevor Żahra

6.75

Kopji:
ISBN: 9789990913934
Kategorija: ,
Qoxra: paperback
Età: 6-10, 9-14
Illustratur: Trevor Żahra
Pubblikazzjoni : 2011
Paġni : 142
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb It-Tieni Ktieb mill-ġrajja illustri ta' Kartaksan Ir-Reġina Żabbett XIX kienet tabilħaqq anġlu tas-sema. Wiċċha kien isaħħar u jġennen u jipnotizza u jimmeżmerizza, jixħet f'estasi u jħawwad il-wajers ta' kull min iħares lejh. Kellha figura li setgħet faċilment rebbħitha t-titolu ta' Britain's Next Top Model. Il-vuċi tagħha (li fuqha ddur l-istorja kollha tagħna) kienet kapaċi xxaqqaq il-mirja u ċċempel il-linef kollha tal-pajjiż. Żabbett kienet imżejna bid-doni kollha li tista' toffri n-natura. Iżda … iżda … iżda … ħa-ħa … dejjem ikun hemm l-iżda! Ħadd ma jista' jkollu kollox. Lanqas l-irġejjen! Kellha biss difett wieħed. Moħħha kien mimli bit-tiben. U le x'jien ngħid, lanqas tiben ma kien fih. Moħħha kien vojt għalkollox. Le, lanqas din ma tgħodd, għax kieku kien vojt, tal-anqas kien ikun mimli bl-arja. Moħħa kien vakum. Baħħ. Nill. Black hole. Anti-matter. L-istorja bdiet fl-ewwel volum, Ħadd ma Jista' Jidħak jew Jiekol Pastizzi tal-Piżelli, u tkompli fit-tielet volum, Ħadd ma Jista' Jsaltan jew Jieħu Tron li Mhux Tiegħu.

ISBN: 9789990913934
Illustratur: Trevor Żahra
Pubblikazzjoni: 2011
Paġni: 142

  • Reċensjonijiet(0)
  • Trevor Żahra fettillu jitwieled fis-16 ta’ Diċembru 1947.  Ma nafux jekk hux veru li kiteb l-ewwel rumanz tiegħu meta kellu xahrejn!  Hu x’inhu, aktar faċli tipprova ssib x’ma kitibx, milli x’kiteb: stejjer għat-tfal, workbooks, poeżiji, rumanzi, novelli, drammi, monologi. U x’ma pinġiex?  Biżżejjed insemmu Stampakelma li għalih pinġa ’l fuq minn elf stampa.  S’issa diġà għandu kotba ppubblikati Franza, ir-Russja u n-Norveġja. trevorzahra.com

    View Profile
    View Pdf