About This Book
Verżjoni eBook
Innota li m’intix qed tixtri ktieb stampat. Qed tixtri ktieb elettroniku (ebook) li tista’ taqra fl-app tagħna għall-mowbajl u t-tablet (iOS jew Android). L-istruzzjonijiet biex tniżżel l-app issibhom fl-email ta’ konferma li tirċievi wara li tagħmel l-ordni. Jekk jogħġbok uża l-istess email kemm biex tixtri l-ebook kemm biex tirreġistra għall-app. Rumanz rebbieħ fil-Konkors ta’ Kitba - Letteratura għaż-Żgħażagħ 2014, imniedi mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb flimkien mal-Aġenzija Żgħażagħ "Iċ-ċikkulata, dnub. Anke l-luminata, dnub. Għax id-droga mhux it-trab abjad biss. Ħafna ħin fuq l-internet, dnub. Jekk ma tfittixnix, dnub. Ħafna ħin barra mid-dar, dnub. L-ikel, dnub. L-ikel dnub. Kollox jista' jkun dnub." Analiża għandha erbatax-il sena, u minn tal-inqas erbatas-il kilogramma żejda. Missierha kollu arja u ommha l-iċken kas. Imnalla jidħlu f'ħajjitha Daniel u Pappa. U Markita u n-nanna, ovvjament. Dawk dejjem hemm. Bħalma hu dejjem hemm ix-xaħam. L-ikel favorit t'Analiża l-arja (mhux minn ta' missierha). Tikolha mal-qiegħ taż-żarbun meta tmur timxi, iktar minn darba kuljum. Li tista' Analiża, lanqas tixrob, għax l-ilma kapaċi jneffaħ. Jekk tibki, tgħid, tonqos gramma?5 stars
“I will not be surprised if this novel remains a reference not just for the YA category but also for Maltese Literature in general.”
— Julian Cardona, goodreads