IXTRI

  • img-book

    Clare Azzopardi, Rachel Portelli,

Għand tan-naħal (Tikka Qari Livell 7)

ta' : Clare Azzopardi, Rachel Portelli

3.95

Kopji:
ISBN: 9789990916577
Qoxra: paperback
Età: 0-7, 6-10
Pubblikazzjoni : 2017
Paġni : 24

Parti mis-sensiela "Tikka" għall-Malti fil-primarja

Sensiela ġdida għall-qari bil-Malti, imfassla tematikament u torbot ma' Tikka Malti. Is-sensiela kollha hi miġbura f'livelli differenti, ilkoll gradati skont kriterji ċari u utli għall-għalliema.

Michael ilu jrabbi n-naħal minn mindu kellu 17-il sena. Għalih dan huwa passatemp li jirrikjedi ħafna ħin u paċenzja. Dan il-ktieb se jlaqqgħek miegħu u se ssir taf ħafna affarijiet dwar it-trobbija tan-naħal.

It-tema ta' dan il-ktieb: L-annimali sħabna (minn Tikka Malti 3a)

Clare Azzopardi tgħix ġo dar antika 400 sena. Tqatta’ ħafna ħin taqra u tikteb l-istejjer kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar, sakemm ma tkunx qed tgħallem. Hija l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College. Rebħet ħafna premjijiet bil-kotba tagħha u ħafna mix-xogħol tagħha ġie maqlub f’lingwi oħra. clareazzopardi.com
View Profile
Xi snin ilu, Rachel Portelli refgħet u telqet mill-karriera ta’ fiżjoterapista l-isptar biex tfittex xogħol iżjed kreattiv. Il-kreattività sabitha fid-dinja tal-kotba. U minn dakinhar, kif jgħidu, qatt ma ħarset lura. Fost il-ħafna rwoli li kopriet s’issa, kien hemm l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet tal-kotba għall-tfal, konsulenza fuq kotba tal-iskola, kordinazzjoni tal-maġġorparti mill-kotba tal-iskola ppubblikati mill-Merlin, u anki kitba u addattamenti għall-Malti ta’ testi għaċ-ċkejknin nett. Rachel hija l-oażi ta’ kalma x-xogħol, possibbilment riżultat tal-ħiliet organizzattivi tagħha … jew inkella ġejja mill-imħabba tagħha għall-ġardinaġġ.
View Profile
View Pdf