Pinzett hija tifla li għadha qed titgħallem ittir fuq xkupa u għadha ma tafx bil-pjan kattiv tas-saħħar żdingat Rebus Totall u l-ħabib żmagat tiegħu, Skizzu. Imma bis-saħħa ta’ Sam, jirnexxilha ssir taf ħafna iktar milli suppost.
Din l-ewwel avventura mimlija sħarijiet, sigrieti u moħbiet, tibda hawn …
Ktieb li juża l-font EasyReading, tipa b’leġġibbilità faċli, ta’ għajnuna għal tfal bid-dislessja. Aqra iżjed hawn.
Clare Azzopardi
Clare Azzopardi tgħix ġo dar antika 400 sena. Tqatta’ ħafna ħin taqra u tikteb l-istejjer kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar, sakemm ma tkunx qed tgħallem. Hija l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College. Rebħet ħafna premjijiet bil-kotba tagħha u ħafna mix-xogħol tagħha ġie maqlub f’lingwi oħra. clareazzopardi.comAra aktar