IXTRI

  • img-book

    Carmel G. Cauchi

Gerfex, Betta u l-Internet

ta' : Carmel G. Cauchi

8.00

Kopji:
ISBN: 9789990916195
Qoxra: paperback
Età: 9-14
Illustratur: Frank Schembri
Pubblikazzjoni : 2016
Paġni : 144
Għall-ewwel darba jiltaqgħu flimkien fl-istess rumanz: Mastru Gerfex u Betta Trombetta! Mastru Gerfex u Betta Trombetta ma kinux jafu ’l xulxin, imma x-xorti riedet li għal din l-istorja jiltaqgħu u jqattgħu ġimgħa flimkien. F'din l-istorja jidħlu wkoll mart ix-xwejjaħ, in-nanna Lugrezja, u n-neputijiet tagħhom Ivan u Yvette. Niltaqgħu wkoll ma' Ferfex, il-kelb ta' Mastru Gerfex, u ma' Kaspru l-Amerikan, ir-raġel skifuż li dejjem imqabbad max-xwejjaħ Gerfex. Karattru ġdid f'dan il-ktieb huwa Wiggles, il-pappagall ta' Mastru Gerfex. L-istorja kollha ddur fuq l-internet u aktarx li Wiggles huwa l-iktar wieħed li jifhem f'dan is-suġġett għax, kull meta jissemma xi apparat elettroniku, jaqbeż hu biex ikellimna dwaru Bil-kollaborazzjoni tal-Aġenzija tal-Litteriżmu

ISBN: 9789990916195
Illustratur: Frank Schembri
Pubblikazzjoni: 2016
Paġni: 144

  • Reċensjonijiet(0)
  • Carmel G. Cauchi hu msieħeb fl-Għaqda Poeti Maltin, fl-Għaqda tal-Malti (Università) u fl-Akkademja tal-Malti. Kien bosta drabi ppremjat f’konkorsi letterarji u ngħata fost l-oħrajn il-premju prestiġjuż Città di Valletta għall-poeżija fl-1986. Għal tliet darbiet ingħata t-trofew għall-aħjar skript oriġinali fil-Festival ta’ Drama għall-Iskejjel. Għal erba’ darbiet kien fost ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb.

    View Profile
    View Pdf