Ġanni jħobb isiefer — u l-gost tiegħu jżomm album tar-ritratti għal kull safra. Album biex iqalleb fih u jġedded il-memorji.
F’dan l-ewwel album minn sensiela ġdida, Ġanni jżur Londra …
Sherise Zammit
Sherise Zammit iggradwat bħala għalliema tal-primarja. Minn mindu żgħira dejjem kellha għal qalbha l-pinna u kienet tħobb tikteb xi kanzunetta, poeżija jew xi storja qasira. L-ewwel ktieb ippublikat tagħha kien Save Samyo City u bih rebħet il-premju Terramaxka fl-2015. Minn dak iż-żmien ġew ippublikati aktar kotba għall-qarrejja zgħar fosthom Big Books li tqassmu fl-iskejjel bħala riżorsi għall-għalliema. Sherise hija omm u dan jimmotivha sabiex tkompli tikteb aktar stejjer u ssaħħaħ in-numru ta’ kotba b’ilsien Malti.