IXTRI
Kategoriji
X

-
Clare Azzopardi
Frejp
ta' : Clare Azzopardi€9.00
ISBN:
9789990914368
Kategorija:
Adolexxenti, Proża, Rumanzi
Qoxra:
paperback
Età:
13-18
Pubblikazzjoni : 2012
Paġni : 190
About This Book
Ir-rumanz għall-young adults u l-not-so-young adults, ta' Clare Azzopardi
Tridx ngħidlek x'nagħmlu?
What?
Niffrejpjawha.
Xiex?
Nidħlu facebook ok? Fil-page tagħha I mean … Dħalt, ara.
Cool.
U issa niktbu xi ħaġa tipo …
Fuq il-page tagħha jiġifieri?
FRAPE. F for Facebook, Rape for Rape.
X'se tikteb?
Boqq … tipo …
"U eżatt wara bdiet tibki u ssabbat u tgħajjat u tħanxar u ssabbat u tibki u twerżaq u tħanxar bil-ħanxra ta' dwejjaq spjetat u rabja li tkissrek u tfarrkek u li kieku setgħet kienet tifqa' l-istatus ta' kulħadd bix-xebgħa dwejjaq li kellha u biki u rabja u eyeliner blu mċallas ma' wiċċha kollu. U hekk."

Clare Azzopardi tgħix ġo dar antika 400 sena. Tqatta’ ħafna ħin taqra u tikteb l-istejjer kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar, sakemm ma tkunx qed tgħallem. Hija l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College. Rebħet ħafna premjijiet bil-kotba tagħha u ħafna mix-xogħol tagħha ġie maqlub f’lingwi oħra.
clareazzopardi.com
View Profile
Nirrakkomandaw