IXTRI

  • img-book

    Charles Casha

Fra Mudest 50 Sena

ta' : Charles Casha

6.95

Kopji:
ISBN: 9789990916546
Qoxra: paperback
Età: 9-14
Illustratur: Frank Schembri
Pubblikazzjoni : 2017
Paġni : 198
Fra Mudest qed jiċċelebra l-ħamsin sena minn meta deher għall-ewwel darba fix-xena letterarja, b'dan il-ktieb ġdid li jiġbor fih ħmistax-il storja ġdida. Matul dawn il-ħamsin sena dan il-karattru simpatiku u ferrieħi baqa' għaddej minn ġenerazzjoni għal oħra, bl-istess imħabba min-naħa tal-qarrejja. L-ambjent li fih iseħħu l-mija u għaxar storja li hemm fis-sitt kotba li ħarġu bejn l-1971 u l-2017, huwa wieħed li l-qarrejja żgħar żgur li jieħdu gost jimmaġinaw. Għal ħafna adulti, min-naħa l-oħra, dawn l-istejjer iġibu tant memorji sbieħ ta' tfulithom.

ISBN: 9789990916546
ISBN: 9789990916546
Illustratur: Frank Schembri
Pubblikazzjoni: 2017
Paġni: 198

  • Reċensjonijiet(0)
  • Charles Casha kittieb prolifiku Ii beda jikteb fil-bidu tas-sittinijiet. Fl-1967 ħoloq Fra Mudest, mequs bħala ikoniku fil-letteratura Maltija. Fil-kitba għat-tfal Casha għaqqad iż-żewġ kompetenzi (għalliem u awtur) biex ta kontribut kbir f’dan il-ġeneru. Fil-kitba għall-adulti jispikka l-element soċjali fejn il-karattri jirriflettu t-tiġrib personali u kollettiv. Il-poeżiji tiegħu huma konċiżi, b’diversi temi, fosthom l-ispiritwalità, l-eżistenza u l-imħabba. “F’għeluq snini nibni sular ieħor fuq it-Torri ta’ Pisa.”
    View Profile
    View Pdf