About This Book
Fl-10 ta' April 1967, fil-ħarġa taċ-Children's Own kienet dehret storja bl-isem Ir-Ruħ fil-Kantina. Kienet din l-istorja li introduċiet lil Fra Mudest mal-qarrejja Maltin.
Għaddew 40 sena u l-istejjer ta' Fra Mudest għadhom fost l-iktar kotba popolari għat-tfal.
L-ewwel ġabra ta' stejjer ħarġet fl-1971 taħt l-isem Fra Mudest. Fl-1974 dehret it-tieni ġabra, Aktar Praspar ta' Fra Mudest, u tliet snin wara kienet ippubblikata t-tielet ġabra ta' stejjer, Mill-Ħorġa ta' Fra Mudest. Ir-raba' ġabra, Mid-Dinja ta' Fra Mudest, ħarġet fl-1995.
B'kollox dawn l-erba' kotba jiġbru fihom 86 storja dwar il-karattru li nistgħu ngħidu sar wieħed mill-karattri l-aktar memorabbli fil-letteratura popolari Maltija.
Biex tfakkar dan l-avveniment fl-istorja tal-letteratura għat-tfal, inħarġet din l-edizzjoni speċjali li fiha hemm disa' stejjer ġodda u tagħrif ieħor.
ISBN: 9789990912999
Illustratur: Frank Schembri
Pubblikazzjoni: 2007
Paġni: 142