IXTRI

  • img-book

    Antoinette Borg

Fittixni

ta' : Antoinette Borg

9.95

Kopji:
ISBN: 9789990916348
Kategorija: , ,
Qoxra: paperback
Età: 13-18, adults
Pubblikazzjoni : 2016
Paġni : 360
Talent kbir ġdid fix-xena letterarja Maltija "Meta ġie f'idejja l-manuskritt ta' Antoinette Borg, ħassejtni qisni qed niġbed nifs ta' arja safja minn fuq il-quċċata ta' muntanja" - Trevor Żahra Ottubru 1937: F'nofs ta' lejl qalil, Jessica Manderley qed tiġġieled mal-mewġ kiesaħ u feroċi ftit ’il bogħod minn Malta, iggranfata ma' kaxxa li fiha hemm bintha tarbija. Lulju 2014: Fil-bidu ta' sajf ieħor minn dawk li fihom qisu ma jiġri xejn, fid-dar ta' nanntu Jack Micallef isib ritratt antik tal-familja .F'nofshom, hemm tifla żgħira bjonda li qatt ma ra qabel. Min hi? U x'qed tagħmel fir-ritratt, qisha parti mill-familja? Bl-għajnuna ta' sħabu, Jack jirnexxilu jiskopri l-istorja inkredibbli ta' Jessica Manderley u bintha, u jikxef sigriet li kien ilu midfun sebgħin sena. Biss hemm ħaġa waħda li Jack għadu ma jafx: li dak kollu li qed jiġri mhux kumbinazzjoni, imma parti minn pjan maħdum bir-reqqa … Fittixni jirrakkonta storja ta' determinazzjoni, passjoni u kuraġġ, fejn il-passat jirkeb fuq il-preżent, il-limitazzjonijiet jingħelbu, u nies ordinarji jsibu ruħhom jagħmlu affarijiet straordinarji.

Kap. 1: Antoinette titgħallem taqra ta’ erba’ snin. Tiġġennen fuq il-kotba.

Kap. 2: L-iskola tħobb tikteb il-poeżiji, tidħaq biċ-ċajt vojt, u sħabha jlaqqmuha “Entużjażmu”. Toħlom li xi darba tikteb ktieb.

Kap. 3: Antoinette tisserja, issir accountant u tibni karriera bħala konsulenta. Intant, tiltaqa’ ma’ Brian, jinħabbu u jiżżewġu.

Kap. 4: Antoinette issir omm, tibda tirrakkonta l-istejjer lit-tfal, u tiftakar li xi darba kellha tikteb ktieb.

Kap. 5: Tikteb ktieb u ssemmih Fittixni.

Kap. 6: Tikteb it-tieni wieħed, irebbaħha premju, u tibda t-tielet.

Kap. 7: Ikompli …

View Profile
View Pdf