Proġett Amina
Bloggata speċjali, din tal-lum, mingħand l-awtriċi Antoinette Borg: Meta ktieb ikun wasalli biex jiġi ppubblikat, nibda naħseb biex niżbarazza l-karti, taħżiż, ritratti, artikli, dokumenti u emails relatati miegħu, li jkolli mxerrdin ’l hawn u ’l hemm fiżikament jew fuq il-kompjuter. Hekk qed nagħmel bħalissa, indur u norganizza dak kollu li għandu x’jaqsam max-xogħol fuq Amina, [...]