Verżjoni eBook
Innota li m’intix qed tixtri ktieb stampat. Qed tixtri ktieb elettroniku (ebook) li tista’ taqra fl-app tagħna għall-mowbajl u t-tablet (iOS jew Android). L-istruzzjonijiet biex tniżżel l-app issibhom fl-email ta’ konferma li tirċievi wara li tagħmel l-ordni. Jekk jogħġbok uża l-istess email kemm biex tixtri l-ebook kemm biex tirreġistra għall-app.
Mill-maestro tal-ġeneru fantasy/sci-fi f'Malta
It-tlettax ta' Mejju 2082. Steve sab ruħu fi Trafalgar Square, Londra, bil-monument ta' Nelson warajh. Ftakar fil-kliem li kien għadu kif qallu l-Bambu. Sejjaħlu 'Serafin', wieħed minn ftit nies maħluqin sabiex jgħassu fuq il-ġejjieni tar-razza umana, xogħolhom jiġru fil-mergħat tal-impossibbli u jiddrittaw l-imgħawweġ ta' ħaddieħor. Sakemm xi darba jkun kollox dritt. Hekk kif kien ippjanat fil-bidu.
Imma Steve ma jridx din ir-responsabbiltà. Mitluf fiż-żmien, mibluh u beżgħan minn dak li qed jiġri madwaru, megħjun mill-aktar gwida improbabbli, Steve jagħmel minn kollox biex isib mezz kif itemm dak il-ħmar il-lejl u jmur lura għall-ħajja li jaf. Qabel ikun tard wisq.
It-tieni ktieb f’din id-duoloġija huwa Jien, Wieħed Minnhom
John A. Bonello twieled f’lejl ta’ qamar kwinta fl-istess sena li George Lucas beda jaħdem fuq l-ewwel film ta’ Star Wars. Fost il-kotba li kiteb hemm it-triloġija Il-Logħba tal-Allat, id-duoloġija għall-adulti Unus Mundus, u s-sensiela għat-tfal Irvin Vella: Investigatur Virtwali. Rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb ħames darbiet, għandu fekruna jisimha Yoda u meta jikber jixtieq irabbi dachshund u jsemmih Dog. Jgħix biex jikteb u jikteb biex jgħix.
View Profile