Shop

  • img-book

    John A. Bonello

Fil-Mergħat tal-Impossibbli (1) | eBook

by : John A. Bonello

10.00

Quantity:
ISBN: 9789990915105
Category: , ,
Cover: eBook
Age: adults
Publication Date : 2013
Page Count : 320

Verżjoni eBook

Innota li m’intix qed tixtri ktieb stampat. Qed tixtri ktieb elettroniku (ebook) li tista’ taqra fl-app tagħna għall-mowbajl u t-tablet (iOS jew Android). L-istruzzjonijiet biex tniżżel l-app issibhom fl-email ta’ konferma li tirċievi wara li tagħmel l-ordni. Jekk jogħġbok uża l-istess email kemm biex tixtri l-ebook kemm biex tirreġistra għall-app.   Mill-maestro tal-ġeneru fantasy/sci-fi f'Malta It-tlettax ta' Mejju 2082. Steve sab ruħu fi Trafalgar Square, Londra, bil-monument ta' Nelson warajh. Ftakar fil-kliem li kien għadu kif qallu l-Bambu. Sejjaħlu 'Serafin', wieħed minn ftit nies maħluqin sabiex jgħassu fuq il-ġejjieni tar-razza umana, xogħolhom jiġru fil-mergħat tal-impossibbli u jiddrittaw l-imgħawweġ ta' ħaddieħor. Sakemm xi darba jkun kollox dritt. Hekk kif kien ippjanat fil-bidu. Imma Steve ma jridx din ir-responsabbiltà. Mitluf fiż-żmien, mibluh u beżgħan minn dak li qed jiġri madwaru, megħjun mill-aktar gwida improbabbli, Steve jagħmel minn kollox biex isib mezz kif itemm dak il-ħmar il-lejl u jmur lura għall-ħajja li jaf. Qabel ikun tard wisq. It-tieni ktieb f’din id-duoloġija huwa Jien, Wieħed Minnhom
John A. Bonello was born on a moon-lit night in the same year that George Lucas started filming the first Star Wars. His books include the trilogy Il-Logħba tal-Allat, the duology for grown-ups Unus Mundus, and the children’s series Irvin Vella: Virtual Investigator. He has won the National Book Prize Award five times, has a terrapin called Yoda and when he grows up he’ll be getting a dachshund and call him Dog. He lives to write and writes to live.
View Profile
View Pdf