IXTRI

  • img-book

    Clare Azzopardi, Rachel Portelli,

Fil-klinika tal-annimali (Tikka Qari Livell 10)

ta' : Clare Azzopardi, Rachel Portelli

4.15

Kopji:
ISBN: 9789990917321
Qoxra: paperback
Età: 6-10, 9-14
Pubblikazzjoni : 2017
Paġni : 32

Parti mis-sensiela “Tikka” għall-Malti fil-primarja

Sensiela ġdida għall-qari bil-Malti, imfassla tematikament u torbot ma’ Tikka Malti. Is-sensiela kollha hi miġbura f’livelli differenti, ilkoll gradati skont kriterji ċari u utli għall-għalliema.

Catherine minn dejjem kienet tħobb l-annimali u minn dejjem kienet toħlom li ssir veterinarja. Dan il-ktieb se jieħdok fil-klinika ta’ Catherine biex tiltaqa’ magħha u tara kif tkun imqassma l-ġurnata tax-xogħol tagħha. Għalhekk se tiltaqa’ ma’ ħafna annimali, fosthom: Bella u Nusu, Fufa u Griżinu u fuq kollox se ssir taf lil Peepo, il-qarnita, u Ċikilletta, it-tiġieġa!

It-tema ta’ dan il-ktieb: Ix-xogħol salmura tal-ġisem (minn Tikka Malti 4a)

Clare Azzopardi tgħix ġo dar antika 400 sena. Tqatta’ ħafna ħin taqra u tikteb l-istejjer kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar, sakemm ma tkunx qed tgħallem. Hija l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College. Rebħet ħafna premjijiet bil-kotba tagħha u ħafna mix-xogħol tagħha ġie maqlub f’lingwi oħra. clareazzopardi.com
View Profile
Xi snin ilu, Rachel Portelli refgħet u telqet mill-karriera ta’ fiżjoterapista l-isptar biex tfittex xogħol iżjed kreattiv. Il-kreattività sabitha fid-dinja tal-kotba. U minn dakinhar, kif jgħidu, qatt ma ħarset lura. Fost il-ħafna rwoli li kopriet s’issa, kien hemm l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet tal-kotba għall-tfal, konsulenza fuq kotba tal-iskola, kordinazzjoni tal-maġġorparti mill-kotba tal-iskola ppubblikati mill-Merlin, u anki kitba u addattamenti għall-Malti ta’ testi għaċ-ċkejknin nett. Rachel hija l-oażi ta’ kalma x-xogħol, possibbilment riżultat tal-ħiliet organizzattivi tagħha … jew inkella ġejja mill-imħabba tagħha għall-ġardinaġġ.
View Profile
View Pdf