About This Book
Id-debutt ta' żewġ talenti ġodda fil-kitba u l-illustrazzjoni għat-tfal: Noel Tanti u Matt Stroud
Sar il-ħin u Jonas għadu isfel quddiem it-televixin. Jisma' l-arloġġ idoqq it-tmienja iżda ma jridx jaf, irid jibqa' hemm, dritt qisu suldat.
Il-mamà: "Sar il-ħin biex tmur torqod."
Imma fil-kamra ta' Jonas jiġru affarijiet strambi. Strambi ħafna. U xorta ma jorqodx.
Ktieb bl-istampi li jittratta, b'sensittività kbira, tema delikata bħalma hi l-assenza tal-missier mid-dar f'ċirkostanza partikolari ħafna.
ISBN: 9789990916294
Illustratur: Matt Stroud
Pubblikazzjoni: 2016
Paġni: 36