Shop
CATEGORIES
X

-
Carmel G. Cauchi
F’Ħal Busbies ma’ Mastru Gerfex
by : Carmel G. Cauchi€7.00
ISBN:
9789990914467
Category:
Children's Books, Short Stories
Cover:
paperback
Age:
9-14
Illustrator:
Frank Schembri
Publication Date : 1997
Page Count : 124
About This Book
Mastru Gerfex huwa xwejjaħ pensjonant li jgħix ġo Ħal Busbies ma' martu Lugrezja. Xi darba kien surmast ta' skola ċkejkna ġo raħal qrib.
Billi ma jżommhiex u jħobb jiċċajta ħafna hemm min jaħseb li x-xwejjaħ beda jiżmaga, waqt li oħrajn jidhrilhom li, billi jħobb xi ftit il-qatra, sikwit ikun xurban u allura tista' tgħaddih passata.
Tassew li Mastru Gerfex jagħmel kull waħda tinkiteb, iżda hu tassew ukoll li l-imsejken xwejjaħ isib min joħloqlu l-praspar kulfejn idawwar wiċċu. Is-Surġent Sacco dejjem jiġri warajh u jfittixlu l-passi tiegħu, is-Sur Gilard jaqbad miegħu bħal qarnita kulmeta jirfes fil-Każin tal-Banda, u (billi fuq tlieta toqgħod il-borma) issa tfaċċa Kaspru l-Amerikan li hu mimli bl-għira u moħħu biex jippika miegħu. U l-aġir ta' dawn iwasslu ta' sikwit biex iżid xi praspura ġdida fil-kollezzjoni!
Ix-xwejjaħ hu raġel minn tagħna u qalbu tajba kemm tridu, iżda żgur li mhux se jħalli lil min jgħaddih minn għajn il-labra. Anzi, kulmin ipprova jagħmel hekk, dejjem mar minn taħt, għax ma' Mastru Gerfex mhux lakemm iġġibha żewġ!
ISBN: 9789990914467
Illustrator: Frank Schembri
Publication Date: 1997
Page Count: 124

Carmel G. Cauchi is a member of the Għaqda Poeti Maltin, the Għaqda tal-Malti (Università) and the Akkademja tal-Malti. He has won several awards for his writing and was given the prestigious award Città di Valletta for a poem he penned in 1986. His scripts won him the best playwright trophy at Festival ta’ Drama għall-Iskejjel, three times in a row. He was awarded the Premju Nazzjonali tal-Ktieb four times.
View Profile
MERLIN RECOMMENDS