IXTRI

-
Audrey Friggieri
Enya l-aljena … reġina b’kumbinazzjoni! (Tikka Qari Livell 7)
ta' : Audrey Friggieri€3.95
Parti mis-sensiela "Tikka" għall-Malti fil-primarja
Sensiela ġdida għall-qari bil-Malti, imfassla tematikament u torbot ma' Tikka Malti. Is-sensiela kollha hi miġbura f'livelli differenti, ilkoll gradati skont kriterji ċari u utli għall-għalliema.
Enya rikbet il-magna tal-ivvjaġġar. Wara vjaġġ twil niżlet fuq il-Pjaneta s-Sewda tar-Re Saħħar Ġgant. Dan ir-re kien qered is-siġar, il-ġonna u l-friefet kollha. Bil-qatgħa li ħadet, Enya qabżet qabża kbira u waqgħetilha ftit ħamrija minn ġol-basket.
Imbagħad ġrat xi ħaġa tal-ġenn …
It-tema ta' dan il-ktieb: Min jien? (minn Tikka Malti 3a)
ISBN: 9789990918564
Illustratur: Romont Willy
Pubblikazzjoni: 2017
Paġni: 24

Ħafna ma jobsrux li Audrey Friggieri tikkomunika mas-saħħara personali tagħha fil-forma ta’ qattusa, tkellem lill-pjanti, taqra ossessivament u hi ffissata f’li tfittex teżori moħbija. Tħobb tgħum, timxi fix-xita, speċjalment ħdejn il-baħar, u tħares lejn is-sema ċar billejl bit-tama li jaslilha xi sinjal minn “hemm barra”. Spiss issibha b’tazza nbid f’idha, jew inkella tiġri jew tilgħab it-tennis. Imma temmen li kull tant żmien tajjeb li tagħmel xi ħaġa tal-biża’.