IXTRI

  • img-book

    Carmel G. Cauchi

Dak l-Imbierek Mastru Gerfex

ta' : Carmel G. Cauchi

7.00

Kopji:
ISBN: 9789990915464
Qoxra: paperback
Età: 9-14
Illustratur: Frank Schembri
Pubblikazzjoni : 1999
Paġni : 100
Mastru Gerfex huwa xwejjaħ pensjonant li jgħix ġo Ħal Busbies ma' martu Lugrezja. Xi darba kien surmast ta' skola ċkejkna ġo raħal qrib. Billi ma jżommhiex u jħobb jiċċajta ħafna hemm min jaħseb li x-xwejjaħ beda jiżmaga, waqt li oħrajn jidhrilhom li, billi jħobb xi ftit il-qatra, sikwit ikun xurban u allura tista' tgħaddih passata. Tassew li Mastru Gerfex jagħmel kull waħda tinkiteb, iżda hu tassew ukoll li l-imsejken xwejjaħ isib min joħloqlu l-praspar kulfejn idawwar wiċċu. Is-Surġent Sacco dejjem jiġri warajh u jfittixlu l-passi tiegħu, is-Sur Gilard jaqbad miegħu bħal qarnita kulmeta jirfes fil-Każin tal-Banda, u (billi fuq tlieta toqgħod il-borma) issa tfaċċa Kaspru l-Amerikan li hu mimli bl-għira u moħħu biex jippika miegħu. U l-aġir ta' dawn iwasslu ta' sikwit biex iżid xi praspura ġdida fil-kollezzjoni! Ix-xwejjaħ hu raġel minn tagħna u qalbu tajba kemm tridu, iżda żgur li mhux se jħalli lil min jgħaddih minn għajn il-labra. Anzi, kulmin ipprova jagħmel hekk, dejjem mar minn taħt, għax ma' Mastru Gerfex mhux la kemm iġġibha żewġ!

ISBN: 9789990915464
Illustratur: Frank Schembri
Pubblikazzjoni: 1999
Paġni: 100

  • Reċensjonijiet(0)
  • Carmel G. Cauchi hu msieħeb fl-Għaqda Poeti Maltin, fl-Għaqda tal-Malti (Università) u fl-Akkademja tal-Malti. Kien bosta drabi ppremjat f’konkorsi letterarji u ngħata fost l-oħrajn il-premju prestiġjuż Città di Valletta għall-poeżija fl-1986. Għal tliet darbiet ingħata t-trofew għall-aħjar skript oriġinali fil-Festival ta’ Drama għall-Iskejjel. Għal erba’ darbiet kien fost ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb.

    View Profile
    View Pdf