Availability: In Stock

Dak l-Imbierek Mastru Gerfex

Carmel G. Cauchi
SKU: 9789990915464

7.00 6.30

Compare
ISBN: 9789990915464
Qoxra: paperback
Etajiet:
Illustratur: Frank Schembri
Data tal-pubblikazzjoni : 1999
Numru ta’ paġni : 100
Tags: ,

Mastru Gerfex huwa xwejjaħ pensjonant li jgħix ġo Ħal Busbies ma’ martu Lugrezja. Xi darba kien surmast ta’ skola ċkejkna ġo raħal qrib.

Billi ma jżommhiex u jħobb jiċċajta ħafna hemm min jaħseb li x-xwejjaħ beda jiżmaga, waqt li oħrajn jidhrilhom li, billi jħobb xi ftit il-qatra, sikwit ikun xurban u allura tista’ tgħaddih passata.

Tassew li Mastru Gerfex jagħmel kull waħda tinkiteb, iżda hu tassew ukoll li l-imsejken xwejjaħ isib min joħloqlu l-praspar kulfejn idawwar wiċċu. Is-Surġent Sacco dejjem jiġri warajh u jfittixlu l-passi tiegħu, is-Sur Gilard jaqbad miegħu bħal qarnita kulmeta jirfes fil-Każin tal-Banda, u (billi fuq tlieta toqgħod il-borma) issa tfaċċa Kaspru l-Amerikan li hu mimli bl-għira u moħħu biex jippika miegħu. U l-aġir ta’ dawn iwasslu ta’ sikwit biex iżid xi praspura ġdida fil-kollezzjoni!

Ix-xwejjaħ hu raġel minn tagħna u qalbu tajba kemm tridu, iżda żgur li mhux se jħalli lil min jgħaddih minn għajn il-labra. Anzi, kulmin ipprova jagħmel hekk, dejjem mar minn taħt, għax ma’ Mastru Gerfex mhux la kemm iġġibha żewġ!

Fl-istess sensiela

Nirrakkomandaw