Availability: In Stock

Bizzilla

Trevor Żahra
SKU: 9789990914399

11.00

Compare
ISBN: 9789990914399
Kategorija:
Qoxra: paperback
Etajiet:
Data tal-pubblikazzjoni : 2013
Numru ta’ paġni : 192
Tag:

“Kull min daħak bil-kitbiet tan-Nanna Ġenoveffa, se jogħxa b’dan il-ktieb.”

Artikoli u taħditiet li jiftħulkom għajnejkom, mill-pinna tal-Kav. John Giordimaina O.S.C.I.

Trevor Żahra din id-darba jċedi l-pinna u l-kelma lill-Kavallier John Giordimaina O.S.C.I., karattru li għandu opinjoni dwar … kollox! Għażeb mimli interessi, President Onorarju tal-Għaqda Dilettanti tal-Arkett, membru fis-Soċjetà tal-Liżar Imqaddes, l-Għaqda Mudelli tal-Knejjes u membru fil-kumitat tal-Akkademja għall-Paċi f’Qiegħ il-Baħar, fl-1995 inħatar Kavallier tal-Ordni ta’ San Clement I, kif ukoll kandidat indipendenti fl-elezzjonijiet ġenerali tal-1981 fejn ġab 23 vot.

B’C.V. bħal dan, ma jistax jonqos li l-Kavallier jagħti l-opinjoni erudita tiegħu dwar kull suġġett immaġinabbli: miċ-ċensura, saċ-ċelibat, il-veġetarjaniżmu, il-proġett ta’ Renzo Piano għal Bieb il-Belt, it-tipjip, l-astinenza, il-mediċina … u ħafna u ħafna suġġetti oħra.

“Dan huwa ktieb li għandu jservi ta’ gwida għal kull politiku ġenwin, kull Nisrani prattikanti, kull ċittadin ġentlom u kull min jaspira għal ħajja edifikanti.”
“Bizzilla fl-Injam”
Leħen l-Għaqda Dilettanti tal-Arkett
Numru 57: Diċembru – Marzu 2012

“F’din il-ġabra ta’ studju, il-Kavallier Giordimaina reġa’ wera kemm ma jibżax juri l-opinjoni tiegħu quddiem kulħadd … dejjem bil-ħsieb li jgħallem lill-injorant u jiftaħ l-eluf ta’ mħuh magħluqa li għandhom jirrenjaw f’dan il-pajjiż.”
Il-Fuljett tal-Għaqda Dilettanti tan-Nar
Ħarġa tal-Festa – 2012

“Għażiż Kavallier, minn qalbi nifraħlek għal din l-opra ġdida tiegħek. Jalla dal-ktieb jixtered ma’ pajjiżna kollu, jidħol ġo kull dar u forsi xi darba jsib postu fis-sillabi tal-iskejjel tagħna.”
– Ittra mingħand persuna mill-aktar rispettabbli, li ma tixtieqx ixxandar isimha

“il-pajjiż kollu jinsab imkexkex, mistagħġeb u diżorjentat … għax ma jistax iniżżilha kif il-ktieb-ġawhra tal-magħruf Kavallier John Giordimaina O.S.C.I. ingħata l-ġenb u twarrab ghalkollox mill-ġurija tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb ta’ din is-sena. Tassew li kif dejjem jgħid il-Kavallier: ebda profeta mhu rikonoxxut f’pajjiżu.”
Kumment minn “Skantat imnixxef” – Facebook – 3.01.13

Nirrakkomandaw