IXTRI

  • img-book

    Carmel G. Cauchi

Betta Tħaddem Rasha

ta' : Carmel G. Cauchi

7.00

Kopji:
ISBN: 9789990914191
Qoxra: paperback
Età: 9-14
Illustratur: Frank Schembri
Pubblikazzjoni : 2005
Paġni : 112
Betta Trombetta hija tifla tassew fuq tagħha minn Ħal Faqqus. L-istudju mhux ħabib tagħha iżda, għal fejn jaqblilha, taf tħaddem rasha sew. Jekk iddendel kusek magħha għid li int se tmur minn taħt. L-affarijiet ma taħsibhomx (jew taħsibhom rashom 'l isfel) u minħabba f'hekk toħloq bawxata wara l-oħra. X'ġara meta Betta ġagħlet lin-nanna taħseb li kienu daħlulhom il-ħallelin? Kif ħelset minn Lorry li kien imur inaqqar iż-żebbuġ mill-ħanut ta' Ġorġa? Kif spiċċat ir-reċta tal-Milied meta Sina ħadmet il-parti ta' Marija minflok Betta? X'sar minnu s-serduk żeffien li n-nannu xtara bħala rigal għan-nanna? Għaliex Betta xerrditha li fl-għalqa tan-nanna kien hemm teżor moħbi? Xi ġralha Sina wara li serqet borża lewż li Betta kienet qiegħda tiekol fil-klassi bil-moħbi tal-għalliema? U x'għamlet Betta biex liz-Ziju Mike qatgħetlu l-vizzju tas-sigaretti? Intom u taqraw l-għaxar praspar ta' Betta Trombetta miġbura f'dan il-ktieb issiru tafu dan kollu u iżjed ukoll.

ISBN: 9789990914191
Illustratur: Frank Schembri
Pubblikazzjoni: 2005
Paġni: 112

  • Reċensjonijiet(0)
  • Carmel G. Cauchi hu msieħeb fl-Għaqda Poeti Maltin, fl-Għaqda tal-Malti (Università) u fl-Akkademja tal-Malti. Kien bosta drabi ppremjat f’konkorsi letterarji u ngħata fost l-oħrajn il-premju prestiġjuż Città di Valletta għall-poeżija fl-1986. Għal tliet darbiet ingħata t-trofew għall-aħjar skript oriġinali fil-Festival ta’ Drama għall-Iskejjel. Għal erba’ darbiet kien fost ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb.

    View Profile
    View Pdf