Shop
CATEGORIES
-
Carmel G. Cauchi
Betta Tħaddem Rasha
by : Carmel G. Cauchi€7.00
ISBN:
9789990914191
Category:
Children's Books, Short Stories
Cover:
paperback
Age:
9-14
Illustrator:
Frank Schembri
Publication Date : 2005
Page Count : 112
About This Book
Betta Trombetta hija tifla tassew fuq tagħha minn Ħal Faqqus. L-istudju mhux ħabib tagħha iżda, għal fejn jaqblilha, taf tħaddem rasha sew. Jekk iddendel kusek magħha għid li int se tmur minn taħt. L-affarijiet ma taħsibhomx (jew taħsibhom rashom 'l isfel) u minħabba f'hekk toħloq bawxata wara l-oħra.
X'ġara meta Betta ġagħlet lin-nanna taħseb li kienu daħlulhom il-ħallelin?
Kif ħelset minn Lorry li kien imur inaqqar iż-żebbuġ mill-ħanut ta' Ġorġa?
Kif spiċċat ir-reċta tal-Milied meta Sina ħadmet il-parti ta' Marija minflok Betta?
X'sar minnu s-serduk żeffien li n-nannu xtara bħala rigal għan-nanna?
Għaliex Betta xerrditha li fl-għalqa tan-nanna kien hemm teżor moħbi?
Xi ġralha Sina wara li serqet borża lewż li Betta kienet qiegħda tiekol fil-klassi bil-moħbi tal-għalliema?
U x'għamlet Betta biex liz-Ziju Mike qatgħetlu l-vizzju tas-sigaretti?
Intom u taqraw l-għaxar praspar ta' Betta Trombetta miġbura f'dan il-ktieb issiru tafu dan kollu u iżjed ukoll.
ISBN: 9789990914191
Illustrator: Frank Schembri
Publication Date: 2005
Page Count: 112

Carmel G. Cauchi is a member of the Għaqda Poeti Maltin, the Għaqda tal-Malti (Università) and the Akkademja tal-Malti. He has won several awards for his writing and was given the prestigious award Città di Valletta for a poem he penned in 1986. His scripts won him the best playwright trophy at Festival ta’ Drama għall-Iskejjel, three times in a row. He was awarded the Premju Nazzjonali tal-Ktieb four times.
View Profile
MERLIN RECOMMENDS