IXTRI

  • img-book

    Carmel G. Cauchi

Betta Ġġibha Żewġ

ta' : Carmel G. Cauchi

7.00

Kopji:
ISBN: 9789990917369
Qoxra: paperback
Età: 9-14
Illustratur: Frank Schembri
Pubblikazzjoni : 2005
Paġni : 112
Betta Trombetta hija tifla fuq ruħha minn Ħal Faqqus. L-istudju ma tħobbux iżda, għal fejn jaqblilha, taf tħaddem rasha sew. Jekk taħbat difrek magħha għid li mhix se tħallihielek ħelwa għal melħa. Tħobb tfattarha kif tiġiha f'rasha, u minħabba f'hekk toħloq praspura wara l-oħra. X'ġara meta Betta ppruvat tfejjaq is-sulluzzu tas-Sindku? Kif spiċċa l-kejk tal-Milied meta Betta tħajret tgħin in-nanna tagħmlu? X'ġara meta l-kelb ta' Lorry xarrab ir-rota tal-karozza tal-papà ta' Betta? Kif spiċċat l-affari meta Betta twebblet biex tmur man-nanniet tara play dwar Charlie Chaplin? X'għadda mingħala Sina wara li kissret apposta tliet bajdiet tal-papri li Betta kienet ġabet mir-razzett ta' Rokku? U x'ġara meta Betta għamlet imħatra ma' Sina li tħabbel xagħar is-Sindku? Dan u iżjed issiru tafuh intom u taqraw l-għaxar praspar ta' Betta Trombetta miġbura f'dan il-ktieb.

ISBN: 9789990917369
Illustratur: Frank Schembri
Pubblikazzjoni: 2005
Paġni: 112

  • Reċensjonijiet(0)
  • Carmel G. Cauchi hu msieħeb fl-Għaqda Poeti Maltin, fl-Għaqda tal-Malti (Università) u fl-Akkademja tal-Malti. Kien bosta drabi ppremjat f’konkorsi letterarji u ngħata fost l-oħrajn il-premju prestiġjuż Città di Valletta għall-poeżija fl-1986. Għal tliet darbiet ingħata t-trofew għall-aħjar skript oriġinali fil-Festival ta’ Drama għall-Iskejjel. Għal erba’ darbiet kien fost ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb.

    View Profile
    View Pdf