IXTRI

  • img-book

    Ramona Depares

Beltin: Stejjer minn nies minsija

ta' : Ramona Depares

19.95

3-for-2 on your favourite books! Buy 2 books, get the 3rd one FREE!
Kopji:
ISBN: 9789990918410
Kategorija:
Qoxra: hardback
Età: adults
Illustratur: Moira Scicluna Zahra
Pubblikazzjoni : 2019
Paġni : 128
Fuq Hastings jintefgħu n-namrati żgħar. U l-Barrakka ta’ Fuq nilagħbu spin the bottle. Kull meta nirbħu l-league niċċelebraw b’funeral solenni … għat-timijiet kollha li dfinna, m’għandniex xi ngħidu. Kelma żejda ma nħalluhiex għaddejja, u jekk ixxellifha ma’ wieħed minna għajb għalik għax Belt sħiħa jkollok kontrik.
F’dal-ktieb, Ramona Depares terġa’ toħloq il-Belt ta’ tfulitha. Tlaqqagħna ma’ karattri fittizji, u oħrajn veritieri bħal George Curmi l-Pusé u l-Pampalun, ir-Re tal-Karnival. Stejjer li jqanqlu tbissima kif ukoll ħlewwa ta’ qalb għal komunità li kważi mietet għalkollox. Proġett kofinanzjat mill-Fond tal-Ktieb tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb

ISBN: 9789990918410
Illustratur: Moira Scicluna Zahra
Pubblikazzjoni: 2019
Paġni: 128

  • Reċensjonijiet(0)
  • L-aqwa ħaġa li Ramona Depares tgħallmet fil-kors tal-liġi kienet kemm tobgħod tkun avukat. U kemm kien għadu ma nħoloqx croissant li ma tħobbx. Tħobb l-inbid tajjeb, il-polka dots, konverżazzjonijiet frivoli dwar il-croissants u l-klieb b’widnejhom imdendlin. Meta ma tkunx okkupata b’dawn it-tliet affarijiet (spiss it-tlieta li huma f’daqqa), x’aktarx issibha taqra. Jew anki sempliċement tħares, kuntenta, lejn il-kotba u kif jaqgħu l-paġni tagħhom. Tgħix, ukoll, ma’ ġurdien.
    View Profile
    View Pdf