Dan huwa t-tielet ktieb dwar Pietru Pitravu. Fih issibu għaxar stejjer umoristiċi oħra dwar dan it-tifel imqareb li jġagħlek tidħaq bil-bawxati li jagħmel.
L-istejjer kollha dwar dan il-karattru huma ambjentati fis-snin ħamsin meta fil-klassijiet tal-iskola ma kinux jattendu bniet u subien flimkien. Kienu jmorru fi skejjel differenti. Flok imwejjed u siġġijiet, it-tfal kellhom bankijiet tal-injam u kienu jiktbu bil-pinen u l-klamari. Wara n-nofstanhar ta’ filgħodu kienu jmorru d-dar u jerġgħu lura l-iskola fis-2:00 p.m. U f’dan l-ambjent Pietru kien joħloq bawxata wara l-oħra fejn daqqa jmur minn taħt u daqqa jmur minn fuq.
Carmel G. Cauchi
Carmel G. Cauchi hu msieħeb fl-Għaqda Poeti Maltin, fl-Għaqda tal-Malti (Università) u fl-Akkademja tal-Malti. Kien bosta drabi ppremjat f’konkorsi letterarji u ngħata fost l-oħrajn il-premju prestiġjuż Città di Valletta għall-poeżija fl-1986. Għal tliet darbiet ingħata t-trofew għall-aħjar skript oriġinali fil-Festival ta’ Drama għall-Iskejjel. Għal erba’ darbiet kien fost ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb.