IXTRI

  • img-book

    Clare Azzopardi, Maria Grech Ganado, Immanuel Mifsud, Walid Nabhan, Teodor Reljić, Alfred Sant, Mark Vella, Emma Mattei, John A. Bonello, Kristina Chetcuti,

Awguri, Giovanni Bonello!

ta' : Clare Azzopardi, Maria Grech Ganado, Immanuel Mifsud, Walid Nabhan, Teodor Reljić, Alfred Sant, Mark Vella, Emma Mattei, John A. Bonello, Kristina Chetcuti

18.00

Kopji:
ISBN: 9789990916317
Qoxra: paperback
Età: adults
Pubblikazzjoni : 2016
Paġni : 200
Għaxra fost l-aqwa awturi kontemporanji Maltin imiddu jdejhom għall-interpretazzjoni fittizja ta' għaxar karattri storiċi, imnebbħa mir-riċerka u l-kitbiet tal-Imħallef Giovanni Bonello. Mill-fundatriċi tal-ewwel sptar tan-nisa f'Malta, għal nobbli fil-punt li jitlef ġidu kollu, għall-maħbuba ta' Gran Mastru fis-satra tal-lejl, niskopru ftit aktar dwar dak li seta' - forsi - seħħ wara l-kwinti tal-istorja ta' Malta. Stejjer miktuba minn Clare Azzopardi, John A. Bonello, Kristina Chetcuti, Maria Grech Ganado, Emma Mattei, Immanuel Mifsud, Walid Nabhan, Teodor Reljic, Alfred Sant u Mark Vella Illustrazzjonijiet ta' Marisa Attard B'kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Patrimonju Malti Edizzjoni qoxra ratba
Clare Azzopardi tgħix ġo dar antika 400 sena. Tqatta’ ħafna ħin taqra u tikteb l-istejjer kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar, sakemm ma tkunx qed tgħallem. Hija l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College. Rebħet ħafna premjijiet bil-kotba tagħha u ħafna mix-xogħol tagħha ġie maqlub f’lingwi oħra. clareazzopardi.com
View Profile

Maria Grech Ganado ppubblikat tmien antoloġiji ta’ poeżiji bil-Malti u bl-Ingliż; tlieta minnhom rebħu l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Poeżiji minn tagħha ġew tradotti fi tnax-il lingwa. Maria ngħatat il-Qadi tar-Repubblika fl-2000, u l-Premju bħala Dik il-Persuna li Tat Kontribut Siewi fil-Letteratura jew fil-Qasam tal-Ktieb (Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb) fl-2015.

View Profile
Immanuel Mifsud huwa kittieb u poeta li wħud mill-kotba tiegħu ġew tradotti u ppubblikati f’diversi pajjiżi. Huwa rebaħ numru ta’ premji letterarji, fosthom il-Premju Letterarju tal-Unjoni Ewropea. Mifsud għandu dottorat mill-Università ta’ Malta fejn jgħallem il-letteratura.
View Profile
Walid Nabhan hu awtur Malti ta’ nisel Palestinjan. Huwa kiteb żewġ ġabriet ta’ novelli bil-Malti Lura d-Dar u ġrajjiet oħra li ma ġrawx (2009), u Leħen tal-Fuħħar (2011). Kiteb ukoll ir-rumanz L-Eżodu taċ-Ċikonji (2013) li rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, u ġabra poeżija Fi Triqti Lejha (2014).
View Profile

Teodor Reljić twieled Belgrad imma trabba Malta. Huwa awtur ta’ xogħlijiet fittizji, kittieb freelance, kif ukoll eks editur kulturali u kritiku tal-films mal-MaltaToday. L-ewwel rumanz tiegħu, Two, ġie ppubblikat mill-Merlin fl-2014. Bħala kittieb għall-films, Teo addatta għall-films in-novella ta’ Clare Azzopardi “Camilla” u r-rumanz ta’ Alex Vella Gera Is-Sriep Reġgħu Saru Velenużi. Mibdul huwa d-debutt tiegħu fil-comics.

View Profile
Alfred Sant attiv f’Malta, il-Belġju, u pajjiżi oħra fid-diplomazija, fl-amministrazzjoni publika, fil-politika Maltija u Ewropea, fil-konsulenza azjendali, edukattiva u kulturali, u fil-ġurnaliżmu. Kiteb drammi, fosthom Fid-Dell tal-Katidral, Mazzini: Iż-Żjara; rumanzi fosthom Silġ fuq Kemmuna u Bħal f’Dizzjunarju; u ppublika erba’ ġabriet ta’ rakkonti, l-aħħar wieħed fosthom Western.
View Profile

Mark Vella kiteb X'Seta' Ġralu lil Kevin Cacciattolo? biex ikun jista' jissejjaħ kittieb, imma l-fatt li ma kiteb xejn aktar wara qed iġibu fid-dubju jistax jibqa' jsejjaħ lilu nnifsu kittieb. Għalissa, jagħsar sal-aħħar qatra l-pubblikazzjonijiet sporadiċi tiegħu, fosthom żewġ novelli li dehru fuq Leħen il-Malti u biċċa kkumissjonata (li lestiha lejlet l-iskadenza, ovvjament) għal fuq Awguri, Giovanni Bonello. Għandu aspirazzjonijiet akkademiċi (sporadiċi) ukoll u ġabar in-novelli inediti ta' Juann Mamo fl-antoloġija Ġrajja Maltija.

View Profile

Emma Mattei hija kittieba u programmatriċi ta’ films qosra. Hija membru-fundatur ta’ Kinemastik NGO, fundatriċi tal-kotba-gwida Uncommon u pproduċiet numru ta’ films qosra. Preżentement tgħix Londra, fejn tipprogramma għall-Future Shorts.

View Profile

John A. Bonello twieled f’lejl ta’ qamar kwinta fl-istess sena li George Lucas beda jaħdem fuq l-ewwel film ta’ Star Wars. Fost il-kotba li kiteb hemm it-triloġija Il-Logħba tal-Allat, id-duoloġija għall-adulti Unus Mundus, u s-sensiela għat-tfal Irvin Vella: Investigatur Virtwali. Rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb ħames darbiet, għandu fekruna jisimha Yoda u meta jikber jixtieq irabbi dachshund u jsemmih Dog. Jgħix biex jikteb u jikteb biex jgħix.

View Profile
Kristina Chetcuti studjat l-arkeoloġija l-università. Wara numru ta’ snin tħaffer fil-passat bi xkupilja tas-snien, iddeċidiet tibda tħaffer fil-preżent minflok. Studjat u tħarrġet bħala ġurnalista mal-London School of Journalism u mal-Press Association. Minn dak iż-żmien ’l hawn, ħadmet bil-kliem fir-radju, televiżjoni u fil-midja stampata, u għandha kolonna ta’ kull nhar ta’ Ħadd fis-Sunday Times of Malta li ilha tiktibha sa mill-2008.
View Profile
View Pdf