IXTRI

  • img-book

    Antoinette Borg

Avventura abbord! (Tikka Qari Livell 10)

ta' : Antoinette Borg

4.15

Kopji:
ISBN: 9789990917314
Qoxra: paperback
Età: 6-10, 9-14
Illustratur: Nicole Diacono
Pubblikazzjoni : 2017
Paġni : 32

Parti mis-sensiela “Tikka” għall-Malti fil-primarja

Sensiela ġdida għall-qari bil-Malti, imfassla tematikament u torbot ma’ Tikka Malti. Is-sensiela kollha hi miġbura f’livelli differenti, ilkoll gradati skont kriterji ċari u utli għall-għalliema.

Din l-avventura li sseħħ fuq il-vapur Avventura, se tieħdok f’bosta pajjiżi fil-Mediterran flimkien mal-familja ta’ Ben u oħtu. Imma l-avventura tibda meta tinsteraq il-ġiżirana tan-nanna. Tgħid min ħadha? Jew forsi ma ħadithiex magħha u nsiet li ħallietha d-dar? U dak ir-raġel li dejjem jaħbi wiċċu min hu? Tgħid dak il-ħalliel?

Dan il-ktieb jorbot ma’ Tikka Malti 4a u 4b

ISBN: 9789990917314
Illustratur: Nicole Diacono
Pubblikazzjoni: 2017
Paġni: 32

  • Reċensjonijiet(0)
  • Kap. 1: Antoinette titgħallem taqra ta’ erba’ snin. Tiġġennen fuq il-kotba.

    Kap. 2: L-iskola tħobb tikteb il-poeżiji, tidħaq biċ-ċajt vojt, u sħabha jlaqqmuha “Entużjażmu”. Toħlom li xi darba tikteb ktieb.

    Kap. 3: Antoinette tisserja, issir accountant u tibni karriera bħala konsulenta. Intant, tiltaqa’ ma’ Brian, jinħabbu u jiżżewġu.

    Kap. 4: Antoinette issir omm, tibda tirrakkonta l-istejjer lit-tfal, u tiftakar li xi darba kellha tikteb ktieb.

    Kap. 5: Tikteb ktieb u ssemmih Fittixni.

    Kap. 6: Tikteb it-tieni wieħed, irebbaħha premju, u tibda t-tielet.

    Kap. 7: Ikompli …

    View Profile
    View Pdf