Parti mis-sensiela “Tikka” għall-Malti fil-primarja
Sensiela ġdida għall-qari bil-Malti, imfassla tematikament u torbot ma’ Tikka Malti. Is-sensiela kollha hi miġbura f’livelli differenti, ilkoll gradati skont kriterji ċari u utli għall-għalliema.
Din l-avventura li sseħħ fuq il-vapur Avventura, se tieħdok f’bosta pajjiżi fil-Mediterran flimkien mal-familja ta’ Ben u oħtu. Imma l-avventura tibda meta tinsteraq il-ġiżirana tan-nanna. Tgħid min ħadha? Jew forsi ma ħadithiex magħha u nsiet li ħallietha d-dar? U dak ir-raġel li dejjem jaħbi wiċċu min hu? Tgħid dak il-ħalliel?
Dan il-ktieb jorbot ma’ Tikka Malti 4a u 4b