IXTRI

  • img-book

    Roberta Bajada

Arloġġ u Tila (1)

ta' : Roberta Bajada

9.50

Kopji:
ISBN: 9789990915402
Qoxra: paperback
Età: 9-14, 13-18
Pubblikazzjoni : 2016
Paġni : 240

Missier Ponsjetta u Peter Van der Mark sparixxa. Ħareġ mid-dar u ħadd ma rah iżjed.

U hekk f'salt, l-aħwa jsibu ruħhom mingħajr ġenituri, jgħixu fid-dar enormi taz-ziju Alfonso. Hemmhekk, Ponsjetta u ħuha jispiċċaw imġiegħla jnaddfu u jikinsu, u bilkemm jistgħu joħorġu mid-dar. Imma meta Romeo, il-ġardinar, jagħtiha arloġġ misterjuż, Ponsjetta tiskopri li hemm xi ħaġa stramba ħafna għaddejja f'dik id-dar.

Intant, ġewwa l-Polonja, iqum ferment kbir għax pittura famuża mad-dinja kollha sparixxiet mis-sala ta' mużew. Anzi mhux sparixxiet, iżda żvujtat …

Lura fiż-żmien: fis-seklu ħmistax, iż-żagħżugħa Cecilia Gallerani tippoża għal ritratt quddiem il-pittur Leonardo Da Vinci — hekk żgur li ssaħħar lid-Duka u jiżżewwiġha …
Imma x'għandu x'jaqsam dak li ġara sitt mitt sena ilu, ma' Ponsjetta, Peter u l-għajbien ta' missierhom?


L-avventura tkompli fit-tieni ktieb fis-sensiela: Arlekkin Isfar

Roberta Bajada Imwielda San Ġiljan, Roberta (jew ‘Bobbie’ għall-qraba u ħbieb), minn dejjem kienet taf li trid tgħallem, titgħallem u tikteb. L-ewwel kapulavur letterarju tagħha, f’forma ta’ pitazz mimli tbajja’ u stejplers, inkiteb meta kellha biss tmien snin u għadu ppreservat qalb il-komiks li ħolqot matul iż-żmien għar-rivista Sagħtar, fost oħrajn. Tħobb tiġri ħafja mad-dar (u fil-proċess tispiċċa tkisser subgħajha mal-għamara), issiefer, titgeddes mal-kelba u tiekol is-sushi.

View Profile
View Pdf