Availability: In Stock

Arloġġ u Tila (1)

Roberta Bajada
SKU: 9789990915402

9.50

Compare
ISBN: 9789990915402
Qoxra: paperback
Etajiet:
Data tal-pubblikazzjoni : 2016
Numru ta’ paġni : 240
Tags: , , ,

Missier Ponsjetta u Peter Van der Mark sparixxa. Ħareġ mid-dar u ħadd ma rah iżjed.

U hekk f’salt, l-aħwa jsibu ruħhom mingħajr ġenituri, jgħixu fid-dar enormi taz-ziju Alfonso. Hemmhekk, Ponsjetta u ħuha jispiċċaw imġiegħla jnaddfu u jikinsu, u bilkemm jistgħu joħorġu mid-dar. Imma meta Romeo, il-ġardinar, jagħtiha arloġġ misterjuż, Ponsjetta tiskopri li hemm xi ħaġa stramba ħafna għaddejja f’dik id-dar.

Intant, ġewwa l-Polonja, iqum ferment kbir għax pittura famuża mad-dinja kollha sparixxiet mis-sala ta’ mużew. Anzi mhux sparixxiet, iżda żvujtat …

Lura fiż-żmien: fis-seklu ħmistax, iż-żagħżugħa Cecilia Gallerani tippoża għal ritratt quddiem il-pittur Leonardo Da Vinci — hekk żgur li ssaħħar lid-Duka u jiżżewwiġha …
Imma x’għandu x’jaqsam dak li ġara sitt mitt sena ilu, ma’ Ponsjetta, Peter u l-għajbien ta’ missierhom?


L-avventura tkompli fit-tieni ktieb fis-sensiela: Arlekkin Isfar

Fl-istess sensiela

Nirrakkomandaw