IXTRI

  • img-book

    Roberta Bajada

Arlekkin Isfar (2)

ta' : Roberta Bajada

9.50

Kopji:
ISBN: 9789990918427
Qoxra: paperback
Età: 9-14, 13-18
Illustratur: Robbie Cathro
Pubblikazzjoni : 2016
Paġni : 240

It-tieni ktieb fis-sensiela ta’ Arloġġ u Tila

Lanċa tas-sajd — iż-Zeemuziek — sparixxiet ’il barra mix-xtut ta’ Rotterdam, l-Olanda. Fl-uniku kuntatt tiegħu mal-kosta, il-Kaptan kien irrapporta xi ħaġa stramba: tinda, qisha taċ-ċirku, f’nofs ta’ baħar.

Dan, ftit ġimgħat biss wara li nsterqu seba’ pitturi imprezzabbli mill-Mużew tal-Arti — l-istess mużew fejn Sven Mejer qara l-komponiment tiegħu dwar arloġġ misterjuż.

Lura fiż-żmien: fl-1921 ġewwa Spanja, Oscar Mendoza qabeż fuq ferrovija fi triqtha għal Barċellona. F’ħajtu kellu skop wieħed: li jsir l-aqwa buffu taċ-ċirku li qatt rat id-dinja.

F’din l-avventura maġika — it-tieni waħda mis-saga ta’ Arloġġ u Tila — Sven u sħabu biss jistgħu jsolvu l-misteru li jorbot flimkien dawn il-ġrajjiet. Imma hemm problema waħda: Sven jitwerwer mill-baħar!

Tixtieq tkun taf aktar dwar il-pittura tal-Arlekkin Isfar, dwar Pablo Picasso u dwar serqa ta’ pitturi imprezzabbli li seħħet tassew f’Rotterdam l-Olanda? Kompli aqra hawn.

ISBN: 9789990918427
Illustratur: Robbie Cathro
Pubblikazzjoni: 2016
Paġni: 240

  • Reċensjonijiet(0)
  • Roberta Bajada Imwielda San Ġiljan, Roberta (jew ‘Bobbie’ għall-qraba u ħbieb), minn dejjem kienet taf li trid tgħallem, titgħallem u tikteb. L-ewwel kapulavur letterarju tagħha, f’forma ta’ pitazz mimli tbajja’ u stejplers, inkiteb meta kellha biss tmien snin u għadu ppreservat qalb il-komiks li ħolqot matul iż-żmien għar-rivista Sagħtar, fost oħrajn. Tħobb tiġri ħafja mad-dar (u fil-proċess tispiċċa tkisser subgħajha mal-għamara), issiefer, titgeddes mal-kelba u tiekol is-sushi.

    View Profile
    View Pdf